Kumitat Organizatti:
Sport Malta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali huma mmexxija minn Kumitat Organizattiv magħmul minn:
Chairman, 3 membri mill-Għ.Ġ.S u 3 membri minn Sport Malta.
Il-Kumitat Organizattiv jinħatar għal organizazzjoni ta Sport Malta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali għal perjodu li jkopri l-organizazzjoni u xoljiment ta’ l-edizzjoni li għalija jkun iħatar.
Kategoriji:
Sport Malta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali jinkorkoraw is-segwenti :
- L-Isportiv tas-Sena
- L-Isportiva tas-Sena
- It-Tim tas-Sena
- L-Ufficjal / Amminisratur tas-Sena
- Il-Kowc tas-Sena
- L-Atleta Żgħażugħ tas-Sena – irġiel
- L-Atleta Żgħażugħ tas-Sena – nisa
- Rikonoxximent : L-Avveniment tas-Sena
- Rikonoxximent : Atleti bi bżonnijiet speċjali
- Rikonoxximent : L-Aħjar Atleta Għawdxi
Għal kartegoriji mill- 1 sas 7 jikkwalifikaw dawk illi matul is-sena ta’ sport : mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Dicembru tas-sena partikolari jkunu kisbu riżultati pożittivi fl-isport rispettiv tagħhom fuq livell internazzjonali u / jew riżultat notevoli fuq livell nazzjonali.
Riżultati f’kompetizzjonijiet internazzjonali jitkejjlu fuq riżultati miksuba f’dik is-sena ta’ sport fuq is-segwenti :
- Logħob Olimpiku / Sajf / Xitwa / Żgħażagħ
- Kampjonati tad-Dinja
- Kampjonati tal-Ewropa
- Logħob tal-Commonwealth / Żgħażaġħ
- Logħob tal-Mediterran / Beach Games
- Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa
- Logħob ieħor internazzjonali li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kumitat Olimpiku Malti.
- Logħob iehor internazzjonali li jaqa’ taħt il-ġuristizzjoni tal-assocjazzjonijiet / federazzjonijiet internazzjonali li l-assocjazzjoni / għaqda nazzjonali tkun affiljata magħhom.
- Kampjonati Nazzjonali.
Nominazzjonijiet :
In-nominazzjonijiet minn kull għaqda nazzjonali tal-isport affiljata mal-Kumitat Olimpiku Malti u / jew rikonoxxuta minn Sport Malta jitressqu fit-terminu ta’ żmien stipulat mill-Kumitat Organizattiv ta’ Sport Malta Awards l-Għazliet Sportivi Nazzjonali .
Il.-Kumitat Organizattiv ta’ Sport Malta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali jżomm id-dritt li jinnomina, jaccetta u / jew jirrifjuta kull nominazzjoni oħra li fid-diskrezzjoni tiegħu jħoss li b’tali deciżzjoni il-firxa tan-nominazzjonijiet tkun l-aktar waħda ġusta u reali.
Jikkwalifikaw dawk l-atleti, ufficjali, amministraturi, timijiet – skond il-kategoriji hawn fuq indikati li jkunu rrappreżentaw lil-Malta fl-isport rispettiv tagħħom matul dik is-sena partikolari.
Mal-Kategorija ‘ Sportiv tas-Sena ‘ hemm abbinat it-Tofew Għaqda Kittieba Sports – xogħol l-artist Emvin Cremona.
Għal kategorija tat-timijiet jikkwalifikaw dawk magħmula minn żewġ persuni jew aktar inklużi ‘doubles’ , timijiet tar-relay , timijiet ‘mixed’ , timijiet ‘masters’.
Jikkwalifikaw dawk l-atleti żgħażagħ illi fis-sena partikolari ta’ sport ikunu sal-eta’ ta’ 17 il-sena u aktar iżda ma jkunux għalqu l-eta’ ta’ 18 il-sena.
Din tapplika għaż-żewġ kategoriji.
Ma’ din il-Kategorija/i hemm abbinat it-Trofew John Debattista.
Għal kategoriji 8 u 9 u għal kull kategorija oħra ulterjuri ir-rokonxximent lil min dovut ikun deciż mill-Kumitat Organizattiv ta’ Sport Malta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali illi jżomm id-dritt li jitlob rakkomandazzjoni mill-għaqda nazzjonali rispettiva biex isaħħaħ l-għażla .
Fic-cirkostanza li jirrizulta li xi nominazzjoni fil-perjodu tal-process ta’ għażla tkun qed iġġorr magħha xi deciżjoni ta’ dixxiplina , azzjoni fil-Qrati tal-Ġustizzja, każ ta’ Doping u kull każ ieħor li jmur kontra l-etika tal-isport, tali nominazzjoni tkun awtomatikament micħuda u eliminata .
Dawk kollha nominati f’kull kategorija jkunu intitolati għal Certifikat ta’ partecipazzjoni maħruġ mill-Kumitat Organizattiv.