Il-Gvern jemmen li l-isport huwa tassew fundamentali biex ikollna poplu fiżikament aktar b’saħħtu. Sportmalta introduċiet libsa ġdida għall-skema, li kienet taqa’ taħt l-ospiċi tal-Ministeru tal-Finanzi, sabiex għaqdiet sportivi rikonoxxuti, u li ma jaħdmux għal skop ta’ qligħ ikunu jistgħu jingħataw għotja fuq spejjeż kapitali li jagħmlu fil-faċilitajiet sportivi. Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport…
SportMalta ppreżentat l-aħħar sett ta’ għajnuniet finanzjarji lill-assoċjazzjonijiet u atleti individwali biex b’kollox, matul is-sena 2015, tat madwar miljun ewro f’assistenza finanzjarja. Fl-aħħar ċerimonja kien preżentat total ta’ ’l fuq minn €300,000, li kien jinkludi għajnuna għall-10 proġetti relatati ma turiżmu sportiv. B’kollox kienu 214 atleta u assoċjazzjoni li bbenefikaw minn assistenza finanzjarja matul is-sena…