Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima saħaq li permezz tal-assistenzi minn SportMalta, qed naraw li l-assoċjazzjonijiet u klabbs qed ikunu proattivi u qed jieħdu inizzjattivi biex jiġġeneraw dħul. Dan kollu ma jkunx possibli mingħajr l-għajnuna li jagħti l-Gvern li jikkommetti ammont ta’ flus kull sena sabiex jingħataw dawn l-assistenzi, liema assistenzi żdiedu għaliex fl-2018 il-vot tal-assistenzi żdied għal 1.54 miljun ewro.

B’kollox kienu 151 atleta u assoċjazzjoni b’total ta’ madwar €2,000,000 li bbenefikaw minn assistenza finanzjarja matul l-2018. Dawn jinkludu il-ħlas ghall-iskema tal-assistenzi ta’ SportMalta għall-2017 li jinkludi assistenza finanzjarja għal proġetti, Youth Development Scheme, Flexi Training Scheme u ittri ta’ impenn għall-2018.

SportMalta torganizza erba’ ċerimonji sabiex l-assoċjazzjonijiet sportivi u l-atleti ma jkollhomx jistennew żmien twil għall-assistenza finanzjarja. Dawn huma parti mir-riforma ta’ SportMalta għall-benefiċċju tal-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet, biex b’hekk tagħtihom aktar ċertezza biex jippjanaw finanzjarjament.

 

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”