Din is-sena, L-Isport Promotion Unit fi ħdan Sport Malta, bil-kollaborazzjoni tal-Badminton Association, organizza sensiela ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ ghall-iskejjel sekondarji u primarji. L-istudenti tħarrġu fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal- Kirkop, taħt it-tmexxija ta’ għalliema u kowċis esperti u speċjalizzati f’dan il-qasam.

Kemm l-għalliema kif ukoll l-istudenti kellhom l-opportunita’ jitgħallmu minn dawn is-sessjonijiet li jidhru li ħallew il-frott mixtieq, għaliex il-popolarita’ ta’ dan l-isport qieghed kull ma jmur jikber qalb     l-istudenti.

Nhar it-8 ta’ Mejju, iltqajna għall-aħħar sessjoni għal din is-sena fejn kellna parteċipazzjoni sodisfaċenti. Hawn, l-istudenti setgħu jiltaqgħu u jilagħbu kontra studenti ta’ skejjel oħra biex b’hekk jitgħallmu minn xulxin u jkabbru l-esperjenza tal-logħba tagħhom.

Fl-aħħar nixtiequ nirringrazzjaw lill-għalliema kollha tal-interess li ħadu, lill-Badminton Association talli provdiet kowċis u lil kowċis kollha għad-dedikazzjoni li wrew u tal-għajnuna siewja tagħhom.

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”