Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima jżur ix-xogħlijiet tal-Proġett tax-Shooting Range ta’ livell internazzjonali ġewwa ta’ Kandja.

Is-Segretarju Parlamentari filwaqt li faħħar ix-xogħol li qed isir fuq ix-Shooting Range saħaq li “dan il-proġett huwa wieħed mill-wegħdi elettorali tal-Gvern u huwa opportunità tajba biex pajjiżna jkun kompetittiv f’oqsma ġodda u jassigura li pajjiżna jkun fuq il-pjattaforma internazzjonali anke fis-settur sportiv”

Is-Segretarju Parlamentari spjega li dal-proġett ambizzjuż qed isir bi tħejjija biex Malta tilqa’ kampjonat internazzjonali tal-sparar li f’Ġunju li ġej li ser joffri niċċa ġdida ta’ turiżmu sportiv. Qal li dan se jkun mifrux fuq għaxar t’ijiem u huwa mistenni li jikkompettu mal-ħamsin pajjiż differenti, mijiet ta’ tiraturi u uffiċċjali.

It-tħejjiiet fuq dan il-proġett jikkonsistu l-bini tar-range innifisha li se tkun faċilita state of the art għad-dixxiplini tal-isparar tat-trap, double trap u skeet. Qed jinvolvu toroq mal-madwar, servizzi marbuta ma’ dawl u ilma, xogħol marbut ma’ xibka li tilqa’ ċ-ċomb li hi twila 360 metru u għolja 15-il metru u livellar tal-art skont l-standards neċessarji li titlob shooting range ta’ kwalita.

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”