Is-Segretarjat Parlamentari ghal l-isport u SportMalta jifirhu it-tiratur ta’ Trap Brian Galea li dalghodu rebha medalja tal-Bronz fi trap fi loghob tal-Commonwealth.  Din hija it-tieni medalja li rebah it-tim Malti wara li granet ilu it-tim Feminili ta’ Lawn Bowls ukoll rebah il-Bronz.

Dawn ir-rizultati jaghti kuragg kbir lil Gvern biex ikompli jinvesti fl-Isport u anke huwa ta’ preludju ghal ftuh ta’ shooting range internazzjonali li ser tkun lesta fil-granet li gejjien.  Mhux hekk biss izda Malta ser tospitta iktar minn 50 pajjiz fi tazza tad-di dinja li ser issir f’pajjizna f’Gunju.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima ferah mhux biss lil Brian Galea izda anke lil kowc tieghu Frans Bugeja u lil Federazzjoni Maltija ta’ l-Isparar kif ukoll lil Kumitat Olimpiku Malti ghal dan is-success.

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”