Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

27 t’Ottubru 2017

Is-serata tal-Gladiators ta’ għada s-Sibt se tkun waħda mill-ikbar li qatt saret f’Malta s’issa, hekk kif mistennija jkunu miġġielda xejn inqas minn 31 bout ta’ K1 u kickboxing, uħud minnhom fuq livell professjonali.

Atleti mill-Irlanda u l-Italja, fosthom numru mdaqqas ta’ tfal, jinsabu f’Malta biex għada jikkompetu mal-atleti Maltin fil-Padiljun ta’ Kordin.

Apposta għal din is-serata ġie f’Malta mir-Rumanija s-supervisor tal-World Kickboxing Network, Emil Irimia, li kien fost il-kelliema li indirizzaw il-konferenza tal-lum li matulha ngħataw id-dettalji tal-fight night tas-Sibt.

Irimia se jkun qed jissorvelja l-ġlieda bejn l-atleta Malti Jesred Piscopo u l-atleta Taljan Guliano Lai, li se jissieltu għat-titlu PRO/AM tal-WKN fil-kategorija Lightweight.

Ġlidiet fuq livell professjonali f’din is-serata jinkludu dawk ta’ Keith Azzopardi minn Team Noel u Shaun Falzon minn Malta Thai Boxing.

Master Noel Mercieca, li huwa wkoll wieħed mill-organizzaturi tal-Gladiators Fight Night, irringrazzja lill-klabbs Maltin li qal ħadmu flimkien biex tellgħu l-kickboxing fil-quċċata tal-isports f’Malta.

Finalment tkellem ukoll il-President tal-MKBA, Isaac Chetcuti, qal li flimkien mal-kumitat għandu diversi pjanijiet għall-futur tal-kickboxing f’Malta.

CategorySport Updates

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”