Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Hekk kif fadal biss ftit jiem biex jingħata bidu għall-programm On The Move Skolasport kollox jinsab lest biex nhar is-Sibt li ġej Sportmalta jiftaħ il-bibien tiegħu lil fuq minn 5000 parteċipant li bejniethom se jkunu qegħdin jieħdu sehem f’55 dixxiplini sportivi mmexxija minn madwar 200 kowċ professjonali.  Se jinżammu d-dixxiplini popolari mal-parteċipanti bħall-żfin, ġinnastika, basketball, u għawm flimkien mas-sessjonijiet ‘FUNdamentals’ u ‘Mini-Games’ immirati għat-tfal bejn l-4 u l-10 snin li għandhom l-għan li jintroduċi divesi ħiliet sportivi bażiċi fost it-tfal.   Iżda ġew ntrodotti wkoll dixxiplini ġodda fosthom l-Futsal u l-Ġinnastika Ritmika li diġa kellhom suċċess kbir fil-programm Summer On The Move.

Matul is-sena se jkunu qegħdin jitwaqqfu tlett akkademji ġodda tal-Volleyball, tal-Basketball u tal-Ġinnastika bil-kollaborazzjoni tal-assoċjazzjonijiet rispettivi  bil-għan li aktar tfal ta’ talent ikomplu jimxu l’quddiem fl-isport. Dawn l-Akkademji jingħaqdu mal-Akkademji tat-Triathlon u taż-Żwiemel li kellhom riżultati positivi fis-snin li għaddew.

On The Move Skolasport 2015-2016 mhux sempliċiment post fejn il-ġenituri jħallu t-tfal u jkomplu bil-qadi tagħhom, iżda huwa post fejn it-tfal jitgħallmu u jikbru flimkien.  Dan il-programm huwa l-ewwel tarġa biex iħeġġeġ lit-tfal ikunu attivi biex ikollna socjetà b’saħħitha fiżikament u mentalment.

SportMalta  jixtieq javża lill-pubbliku li l-applikazzjonijiet għall-programm On The Move Skolasport 2015-2016 se jinqgħu miftuħin u  jinsabu online fuq is-sit ta’ SportMalta kif ukoll jista jsir il-booking online minn dan il-link billi  tgħafas hawn

 

 

 

 

CategoryNews, SportMalta News
Tags

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”