Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clifton Grima jifraħ lit-team Malti tal-Malta Table Footabll li ħadu sehem fl-FISTF Grand Prix tal-Greċja li intlgħab ġewwa Ateni fejn ħadu sehem tlett plejers maltin u għal darb’ oħra kisbu riżultati tajbin, fejn ġew mirbuħa ż-żewġ kompetizzjonijiet prinċipali.

Is-Segretarju Parlamentari Grima stqarr li dak li għamlu it-tim tat-Table Footbal huwa ta’ awgurju u kuraġġ għal aktar individwi jew klabbs Maltin fil-futur, meta dawn jiġu biex jirrapreżentaw lil Malta barra l-pajjiż.

Fil-kategorija Open, kemm Massimo Cremona u anke Angelo Borg rebħu l-gruppi rispettivi tagħhom u avvanzaw għall-fażi tal-eliminazzjoni diretta. Fil-finali, Cremona lagħab u għeleb lil Spiros Chantzaras bir-riżultat ta’ tnejn b’wieħed, wara l-ħin barrani u b’hekk rebaħ il-Grand Prix tal-Greċja.

Min naħa tieghu, Jason Pisani ħa sehem fil-kategorija tal-Veterani u rebaħ il-logħob kollu fil fażi tal-gruppi. Fil-kwarti tal-finali huwa elimina lil Kastelanos tnejn b’xejn, fis-semi finali rebaħ tlieta kontra tnejn ma’ Kostas Kechris. Fil-finali, Pisani għeleb lil Zavos bir-riżultat ta’ tnejn b’wieħed u b’hekk għamel dopjetta Maltija fil-Grand Prix tal-Grecja.

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”