Waqt il-preżentazzjoni tas-‘shields’, trofej u palji fil-Boċċi Drome, il-Kottonera Sports Complex mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat, Clifton Grima awgura lil Bormla għas-suċċessi li kisbu fir-Regatta tal-Vitorja.

Is-Segretarju Parlamentari saħaq li “s-Segretarjat flimkien ma’ SportMalta ħa nkunu qegħdin noħorġu l-id tal-ħbiberija magħkom biex il-kollborazzjoni li diġa hemm eżistenti, nkomplu nkabbruha għax naħseb li huwa xieraq li nerġgħu nqajjmu u nkabbru l-entużjażmu għar-Regatta.”

Fl-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet taħt xita kontinwa saru t-tiġrijiet tar-Regatta, bil-Club ta’ Bormla jirbaħ iż-żewġ Shields dik tal-kategorija Open u anke fik tal-kategorija B hekk kif rebħu tmienja mill-għaxar tiġrijiet ipprogrammati. Bormla rebħu erba’ palijiet tal-ewwel fil-kategorija Open, u erba’ palijiet tal-ewwel fil-kategorija B.

 

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”