Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Fil-jiem li għaddew fil-Ġnien tal-Gardjola l-Isla waqt konferenza tal-aħbarijiet, ttellgħu l-poloz tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja. Il-Port il-Kbir għal darb’oħra ser joffri sfond għal din ir-regatta li fiha ser jieħdu sehem 7 distretti li huma: il-Birgu, Birżebbuġa,  Bormla, l-Isla, il-Kalkara, il-Marsa u Marsamxett.  Huma jipparteċipaw f’għaxart itlielaq f’żewġ kategoriji differenti; A u B. Din is-sena mistennija jieħdu sehem 120 qaddief li magħhom jiżdiedu 25 sostitut li għandhom għan komuni, li huwa dak li jirbħu s-shield tar-regatta ta’ Jum il-Vitorja.

Minbarra l-poloz tal-korsiji għall-10 itlielaq, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet indirizza lil dawk preżenti, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat, Dr Clifton Grima, li filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha involuti fir regatta, saħaq li “bħala gvern kommessi li nipprovdu l-għajnuna kollha neċessarja fl-isport tar-regatta”.

Is-Segretarju Parlamentari qal li “SportMalta tagħti ‘input’ dirett fir-regatta nazzjonali billi tagħti l-għajnuna tagħha finanzjarjament biex isir dan l-avviniment, tieħu ħsieb il-loġistika tar-regatta iżda tagħti awtonomija lill-Federazzjoni fir-rigward tat-tlielaq, tassisti lill-klabbs kollha b’assistenza finanzjarja biex jibnu dgħajsa kull klabb u kif ukoll fuq il-websajt ta’ SportMalta r-riżultati tar-regatta jiġu trażmessi live.”

Tradizzjonalment, id-dgħajjes li jintużaw huma frejgatini, kajjikki, dgħajjes tal-pass u tal-midalji.  Dawn id-dgħajjes huma esebizzjoni ħajja ta’ sengħa li kull ma tmur qiegħda tintilef.  Dan għaliex dawn id-dgħajjes huma wkoll mibnija f’pajjiżna. Oriġinarjament, id-dgħajjes kienu tal-istess għamla bħal dawk li kienu jintużaw fil-ħidma ta’ kuljum mill-barklori, madanakollu maż-żmien saru xi modifikazzjonijiet sabiex dawn ikunu aktar utilizzati bħala dgħajjes tat-tlielaq.

Intant ir-Regatta ta’ Jum il-Vitorja pjanata li tibda fis-1.00pm u l-pjazzament tal-korsiji ser ikun kif ġej:

 

RACE BIRGU BIRZEBBUGA BORMLA ISLA KALKARA MARSA MARSAMXETT
KAT B

TAL-PASS

ŻEWĠ IMQADEF

3 5 7 4 2 6 1
KAT A

MIDALJI

3 5 1 7 6 4 2
KAT B

KAJJIKK

2 5 4 3 7 6 1
KAT A

FREJGATINI

2 6 1 3 4 7 5
KAT B

MIDALJI

7 1 3 2 6 4 5
KAT A

TAL-PASS

ŻEWĠ IMQADEF

2 5 6 7 3 4 1
KAT B

FREJGATINI

5 1 4 3 7 6 2
KAT A

KAJJIKKI

7 5 1 2 6 3 4
KAT B

TAL-PASS

4 IMQADEF

5 3 2 6 1 4 7
KAT A

TAL-PASS

4 IMQADEF

7 5 2 6 4 1 3

 

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”