Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

SportMalta qed jilqa’ l-applikazzjonijiet għall-programm On The Move Skolasport 2015-2016 hekk kif fis -17 ta’ Ottubru 2015 jibda staġun ieħor tal-programm tant popolari tax-xitwa.

On The Move SkolaSport huwa programm estensiv ta’ attivitajiet sportivi organizzat minn SportMalta, f’diversi ċentri sportivi madwar Malta u Għawdex.

Din is-sena mistennija jieħdu sehem mal-5,000 ruħ f’diversi dixxiplini sportivi, mmexxija minn madwar 200 kowċ professjonali. Se jkun hemm dixxiplini popolari mal-partecipanti bħal zfin, ginnastika, basketball, u għawm.

Dan minbarra il-programmi ‘FUNdamentals’ u ‘Mini-Games’ immirat għat-tfal bejn l-4 u l-10 snin li għandu l-għan li jintroduċi l-ħiliet sportivi baziċi fid-diversi dixxiplini.

Għal din is-sena SportMalta bħal snin ta’ qabel introduċa dixxiplini ġodda bħal Futsal u l-Ġinnastika Ritmika li diġa kellhom suċċess kbir fil-programm Summer On The Move.  Matul is-sena se jkunu qegħdin jitwaqqfu tlett akkademji ġodda tal-Volleyball, Basketball u Ġinnastika bil-kollaborazzjoni tal-assocjazzjonijiet respettivi  bil-għan li l-iktar tfal ta’ talent ikomplu jimxu l-quddiem fl-isport. Dawn l-akkademji jingħaqdu mal-akkademji tat-Triathlon u taż-Żwiemel li kellhom riżultati positivi fis-snin li għaddew.

On The Move Skolasport mhux sempliciment post fejn il-ġenituri jħallu t-tfal tagħhom u jkomplu bil-qadi tagħhom, iżda huwa post fejn it-tfal jitgħallmu u jikbru flimkien. Dan il-programm huwa l-ewwel tarġa biex iħeġġeġ lit-tfal ikunu attivi biex ikollna socjetà b’saħħitha fizikament u mentalment.

SportMalta  jixtieq javza lill-pubbliku li l-applikazzjonijiet għall-programm On The Move Skolasport 2015-2016 jinsab online fuq dan is-sit ta’ SportMalta billi isegwi dan il- link http://www.sportmalta.org.mt/bookings-skolasport

Ghafas hawn biex tnizzel il-formola tal-applikazzjoni

Write a comment:

*

Your email address will not be published.

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”