Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Id-distrett tal-Marsa rebaħ ir-regatta ta’ Jum il-Vitorja wara li għeleb il-kompetizzjoni mid-distrett tal-Isla, bl-aħħar tellieqa tkun dik deċiziva.  Il-Marsa spiċċaw il-ħames tiġrijiet b ‘total ta’ 64 punt, bl-Isla jispiċċaw b’46 punt.  Fit-tielet post spiċċa d-distrett ta’ Bormla bi 28 punt.  Warajhom Marsamxett b’16-il punt, il-Birgu b’14-il punt u id-distrett ta’ Birżebbuga b’4 punti.

Id-distrett tal-Marsa spiċċa fl-ewwel post fi tliet itlielaq dik tad-dgħajjes A tal-midalji, u iż-żewgt itlielaq tad-dgħajjes C tal-pass kemm b’żewħ qaddiefa u anke b’4 qaddiefa.  Intant ma għamlu l-ebda pjazzament fiż-żewgt itlielaq tal-frejgatini u tal-kajjikki.

Id-distrett ta’ Bormla rebaħ kategorija B tar-regatta li saret illum.  Huma temmew il-ħames tigrijiet b’total ta’ 60 punt, erbgħa punti biss fuq id-distrett tal-Marsa li spiċċaw fit-tieni post b’56 punt.  Bid-distrett tal-Isla spiċċa fit-tielet post b’44 punt.  Il-Kalkara temmew din il-kategorija bi 8 punti filwaqt li l-Birgu spiċċaw b’total ta’ 4 punti.

pr161912b

Bormla dahlu l-ewwel fl-ewwel tigrija dik tad-dghajjes C tal-pass b’zewg qaddiefa u dghajjes A tal-midalji.  Filwaqt li spiccaw fit-tieni post fl-ahhar tigrija tad-dghajjes B tal-pass b’4 qaddiefa u it-tielet fit-tellieqa tal-kajjikki.  Bl-uniku tellieqa li ma jiehdu l ebda punt tkun dik tal frejgatini.

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”