Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius jawgura lil Helene Pellicano li saret l-ewwel tennista Maltija li qatt rebħet il-Kampjonat Ewropew tat-Tennis tal-Juniors.
Fil-finali li saret f’Pilzen ir-Repubblika Ċeka, Pellicano għelbet lis-seed numru 4 Denia Hindova tar-Repubblika Ċeka bil-punteġġ ta’ 6-4, 6-1. F’din il-kompetizzjoni Pellicano rebħet 4 straight sets biex imbagħad issieltet fis-semifinali meta għelbet lil Noa Krznaric tal-Kroazja bil-punteġġ ta’ 2-6, 7-6, 6-4
Helene Pellicano, li għandha 14-il sena, mistennija żżomm l-ewwel post fir-rankings Ewropej tal-Juniors meta dawn jiġu aġġjornati nhar it-Tlieta li ġej.