Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Dan l-aħħar saret il-Gladiators Night XIII fejn it-taqbida ewlenija kienet bejn atleti nisa. Kif ukoll ħames Ċinturini tat-Titlu Nazzjonali fil-Kickboxing u fil-Puġilat.

Diane Schembri (Team Noel) affaċċjat lil Mandy Cortis (Fight Factory) għaċ-Ċinturin tat-Titlu tal-Mediterran tal-World Boxing Union(WBU). Kienet taqbida ta’ ras mb’ras u kontrattakki għaż-żamma taċ-ċentru tar-ring. Schembri kemm-il darba evadiet id-daqqiet b’saħħithom ta’ Cortis li min-naħa tagħha ppressat wkoll għal ġol-kantunieri. Iż-żewġ atleti laqtu bosta drabi lil xulxin b’daqqiet b’saħħithom bil-ponn minn wara. Fl-aħħar il-ġurija tat verdett ta’ pareġġ.

#MartinAgius #PhotoJournalist #Photographer #Photography #Photo #Image #Pic #Malta
#MartinAgius #PhotoJournalist #Photographer #Photography #Photo #Image #Pic #Malta

Christian Caruana (Team Spartan) ikkontenda ma’ Elvic Żammit (Malta Thai Boxing) fil-K1. B’attakki u b’taħlita ta’ daqqiet kontinwi Żammit beda jżomm il-kontroll tat-taqbida. Fit-tielet taqsima Caruana daħħal il-punti b’daqqiet b’saħħithom fuq ir-ras. Kien jidher li dawn ħallew l-effett tagħhom u l-kowċ ta’ Żammit iddeċieda li jwaqqaf l-atleta milli jkompli.

 

Shaun Falzon (Team Viking Team Jalen) jirbaħ li Clayton Desira (Team Noel) fil-kategorija tal-74kg fil-K1. Iż-żewġ atleti bdew billi jżommu d-distanza u jaħdmu mill-bogħod fejn wara dawru t-teknika għall-qrib biex jużaw l-irkoppa. Fl-aħħar taqsima Falzon jikseb vantaġġ fil-punti hekk kif iwaqqa’ lil Desira. Il-ġurija tagħti r-rebħa b’deċiżjoni unanima lil Falzon.

 

Matthew Palacaraz (Malta Thai Boxing) jegħleb lil Keith Micallef (Basement Kickboxing) f’taqbida tal-K1. Dominju assolut minn Palacaraz fit-taqsimiet kollha b’teknika u saħħa superjuri. F’nofs it-taqbida jwaqqa’ lil Micallef fejn l-arbitru kellu jibda jgħodd. Il-ġurija tat ir-rebħa u ċ-Ċinturin lil Palacaraz b’deċiżjoni unanima.

 

Jesred Piscopo (Team Noel) affaċċja lil Theon Camilleri (Art of Fighting) fil-K1. Kienet taqbida bbilanċjata fejn Piscopo ħadem aktar bir-riġlejn biex iżomm id-distanza u Camilleri aktar bl-idejn. It-tnejn ippressaw lil xulxin sal-aħħar b’kontrattakki bla waqfien. It-taqbida tispiċċa b’pareġġ b’deċiżjoni tal-ġurija.

 

John Martin (Team Noel) għeleb lil Michael Carter (Browns Boxing) għat-Titlu Nazzjonali tal-Puġilat. Martin baqa’ jippressa l-ħin kollu lil Carter biex jikseb il-punti. Carter kellu 20kg aktar minn Martin u uża dan il-vantaġġ biex jaħdem sider ma’ sider u jrażżan bosta mill-attakki. Martin jirbaħ it-taqbida bil-punti.

 

Kien hemm ukoll taqbidiet ma’ atleti mir-Renju Unit, Franza u l-Estonja. L-atleti Maltin li rebħu t-taqbidiet tagħhom kienu Brandon Borg (Team Jaden), Christopher Rotin (Team Noel), Kerstin Brown (Brown’s Boxing), Lydon Chircop (Fight Factory),.

 

Għal aktar informazzjoni żuru l-paġna ta’ Gladiators Promotions jew ikkuntattjaw lil Master Noel Mercieca fuq 79208283 Ying Yang Kicboxing Club, Malta Malta Thaiboxing Kerstin Brown Martial Arts Malta Steve Martin Chris Agius

 

CategoryNews, Sport Updates

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”