Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius jawgura lit-team nazzjonali tan-nisa tal-basketball li rebaħ il-Kampjonat Ewropej FIBA għall-Pajjiżi Żgħar 2016. Fil-finali rebħu lill-Irlanda 67-59.  Huwa jibgħat l-awguri b’mod speċjali lill-President tal-Malta Basketball Association Paul Sultana, lill-kumitat, lill-coach Angela Adamoli, u l-istaff li jassistiha. It-team nazzjonali għeleb lill-Moldova fis-semifinali, u aktar kmieni fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni rebħu lill-Andorra u Ġibiltà.

Fl-aħħar tmien edizzjonijiet tal-istess kampjonat, it-team nazzjonali tan-nisa tela’ fuq il-podju seba’ darbiet u din hija t-tielet midalja tad-deheb wara dawk tal-2008 u l-2010. Il-Gvern, permezz ta’ SportMalta, jagħti s-sostenn tiegħu lill-assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball fejn fost l-oħrajn għen sabiex tinbena tinda biswit il-padiljun tal-basketball f’Ta Qali, u qed jaħdem sabiex issir manutenzjoni xierqa fil-padiljun eżistenti. Il-faċilitajiet sportivi f’Malta huma limitati u allura inutli jinbnew faċilitajiet ġodda mingħajr ma nieħdu ħsieb dawk eżistenti. Dawn huma essenzjali sabiex l-atleti jkollhom l-aħjar faċilitajiet biex ikunu jistgħu jitħarrġu bl-aħjar mod possibbli.

CategoryNews, Sport Updates

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”