Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Wara bosta snin fi stat tal-biki, lbieraħ sar l-ftuħ uffiċjali tal-warm up track tal-Matthew Micallef St John track fil-Marsa.  Xogħol, li jammonta għal fuq minn 100,000 euro, li sar bħala parti mill-assistenza li SportMalta tagħti lill-assoċjazzjonijiet sportivi Maltin.  Il-warm up track hija strippa twila 140m u kif jixhed anke l-isem, tintuża sabiex l-atleti jsaħħnu l-muskoli tagħhom qabel il-kompetizzjoni nnifisha.  It-tisbiħ fil-warm up track kien ilu mwiegħed ħames snin.

 

Parliamentary Secretary for Research, Innovation, Youth and Sport, Chris Agius, inaugurates warm up track.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius tkellem dwar bil-mod ħolistiku li l-Gvern jixtieq li tinbidel il-Marsa.  Dan huwa biss ftit mix-xogħol maħsub li jsir fil-faċilitajiet tal-isport fil-Marsa.  Filfatt bħalissa, il-Gvern għaddej bil-preparamenti sabiex jitlestew il-pjanti biex titranġa l-binja vojta li tħalliet mitluqa u li qatt ma ntużat ftit qabel ma tidħol għall-istess track.  Mal-pjanijiet hemm inkluż ukoll il-binja li nbniet  fl-1903 u li bħalissa tintuża minn xi assoċjazzjonijiet, kif ukoll mill-amministrazzjoni ta’ SportMalta.

_DSC4484

Iċ-Chairman ta’ SportMalta, Luciano Busuttil qal li jinsab kuntent li wara l-għaqal li mexxa biħ dan il-Gvern biex ġab fuq saqajh il-qagħda finanzjarja, issa qed jissarraf f’dawn il-proġetti fejn kulħadd jista’ jara l-frott tal-ħidma kontinwa ta’ SportMalta.  Huwa qal li proġett bħal dan mhux biss se jitgawda mill-MAAA, iżda se jservi ta’ pjattaforma għall-atleti barranin li jkunu jixtiequ jżuru pajjiżna fejn it-temp tagħna jagħti opportunità unika li ħafna pajjiżi oħrajn ma’ għandhomx.

_DSC4440

 

Mark Cutajar, Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, qal li seħħet wegħda oħra ta’ SportMalta hekk kif it-track hija waħda mill-kullana ta’ proġetti varati ftit tax-xhur ilu.  Huwa qal li din hija xiehda tax-xogħol kontinwu li SportMalta qed tagħmel ma’ diversi assoċjazzjonijiet biex fejn ma jaslux huma, jsibu l-appoġġ ta’ SportMalta bħall-assoċjazzjoni tal-Judo li se jkollhom tinda ġdida u r-range tal-isparar ta’ Għajn Mhelel f’Għawdex li jumejn ilu inawguraw tinda ġdida li saret permezz ta’ fondi minn SportMalta.

 

_DSC4548

Huwa saħaq li l-kollaborazzjoni mal-MAAA kienet waħda tajba ħafna sa minn meta bdew id-diskussjonijiet dwar il-bdil tat-track u kompla jgħid li din se tkun opportunità biex inkomplu naqdu l-isportivi tagħna kif ukoll inressqu it-turiżmu sportiv lejn pajjiżna.  Huwa temm jgħid li dan l-investiment sar kollu f’ħin rekord u bl-aħjar governanza possibbli.

DSC_2368_DSC4414

Indirizza lil dawk preżenti, Edwin Attard, il-president tal-MAAA li rringrazzja lil SportMalta tal-appoġġ li sabu hekk kif mill-ewwel aċċettaw dan il-proġett li kien ilu ma jsir xogħol fuqu sa minn meta twaqqaf, jiġifieri mill-1993. Huwa ħabbar li l-MAAA ser tirċievi fondi mill-għaqda internazzjonali tal-atletika (IAAF) biex tkompli ttejjeb is-servizzi tagħha kif ukoll għaddejjin negozjati mal-privat biex isir investiment fit-track.  Huwa qal li dan l-ispirtu ta’ koperazzjoni jista’ jkompli jissarraf fi proġetti oħra fil-Marsa biex b’hekk ikompli jikber l-isport tal-atletika.

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”