Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Fl-1 ta’ Mejju, SportMalta organizzat Open Day fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.  F’din l-okkażżjoni kien hemm diversi attivitajiet sportivi għall-familja kollha, fosthom lezzjonijiet tal-għawm għal kull eta’, sessjonijiet taż-żfin għat-tfal, yoga, fitness u circuit training għall-adulti, tournament tal-isquash, maratona tal-għawm, tlielaq tal-għawm, tellieqa tat-triathlon, kompetizzjoni tal-isnooker, karate, canoe polo għal kull eta, kif ukoll capoeira.

_DSC2992

 

Waħda mill-attivitajiet l-iżjed popolari ma’ dawk li attendew kienu t-tlielaq mit-tim nazzjonali tal-għawm kif ukoll xow spettakolari taż-żfin sinkronizzat mit-tim nazzjonali. Il-ġurnata ntemmet b’logħbiet tal-waterpolo fejn kienu nvoluti t-timijiet nazzjonali tal-irġiel, tal-kbar u ta’ taħt id-19-il sena kif ukoll it-tim nazzjonali tan-nisa ta’ taħt is-16-il sena.  Atleti minn Special Olympics, li għadhom kemm kisbu suċċess f’Ċipru, pparteċipaw ukoll.

_DSC3261

Il-partiċipazzjoni f’dawn l-attivitajiet kien kollha bla ħlas iżda min ta’ donazzjoni dawn marru għall-Marigold Foundation.  L-Open Day saret bħala parti mill-kampanja NowWeMove, li ġiet imnedija iktar kmieni din il-ġimgħa, bl-għan li tiżdied l-attivita’ fiżika.

SportMalta jirringrazzja lill-pubbliku li attenda għal din l-attivita’.

_DSC3096  DSC_2061

_DSC3294  _DSC3542

DSC_2005  DSC_1803

 

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”