Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Din il-ġimgħa SportMalta kienet impenjata bl-ewwel Forum Nazzjonali tal-Isport li qatt sar f’pajjiżna li seħħ fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop.  ‘Il fuq minn 800 parteċipant taw is-sehem tagħhom fil-forum nnifsu li kien mifrux fuq jumen u fid-diversi seminars li saru qabel is-seminar innifsu.

Fis-seminars li saru matul il-ġimgħa, SportMalta ippreżenta diversi temi li laqtu numru kbir ta’ nies ġejjien minn oqsma differenti iżda li kollha għandhom rabta mal-isports.

_DSC0031-2

Il-forum kien mżewwaq b’temi diversi fejn bosta mill-kelliema inġiebu minn barra l-pajjiż apposta għal din l-attivita’.  Spikkaw  temi marbuta mal-Unjoni Ewropea li kienu preżentati mill-Kap tal-Programmi Sportivi fl-Unjoni Ewropeja Yves La Losteque u l-Policy Cordinator Agatha Dziarnavska.  Sessjoni oħra nteressanti kienet dik mill-President tal-Assoċjazzjoni Olandiża tal-Hockey Marijke Fleuren li trattat l-involviment tal-ġenituri fl-isport u r-rapreżentant ta’ SportRadar Marcello Presilla tkellem dwar il-fenomenu tal-match fixing.

_DSC0028

SportMalta matul il-jumejn ċċelebrat suċċessi li għamlu diversi atleti fl-isport.  Semgħet l-problemi li jiltaqgħu magħhom u l-intoppi li kellhom jgħelbu sabiex waslu fejn waslu.  Filfatt f’pajjiżna kien hawn l-aħjar tennista Taljan ta’ kull żmien, Nicola Pietrangeli li tkellem dwar l-karriera tiegħu filwaqt li saru ntervisti mal-plejer barrani nnewtralizzat Malti Alfred Effiong, Josephine Grima l-plejer tal-basketball li għamlet bosta snin tilgħab barra l-pajjiż, Karl Izzo l-kowċ tat-timijiet Maltin tal-waterpolo u Vlada Kravchenko atleta li qed titħarreġ sabiex tieħu sehem fil-paralympics li ser isiru f’Rio de Janeiro fis-sajf li ġej.

_DSC0087

Waqt il-forum saru diversi workshops biex b’hekk ingħatat l-opportunita’ lil dawk kollha prezenti jipparteċipaw fid-diskussjonijiet li varjaw minn governanza tajba, għal organizzazjoni ta’ avvenimenti, ir-rabta bejn l-attivita fiżika u l-isport, kif ukoll il-betting b’responsabilita’ li kien preżentat mill-kumpanija Maltco.  Minn dawn il-workshops ħarġu konklużjonijiet li jgħinu biex inkomplu intejbu l-isport f’Malta.

Minbarra s-seminar innifsu saru laqgħat bilaterali tal-għola livell mal-mistiedna barranin b’mod privat li kienu ferm pożittivi.  Laqgħat li żgur jawguraw tajjeb għall-futur fil-preparazzjoni għall- Presidenza.  Huwa mistenni li fil-ġimgħat li-ġejjin SportMalta se tkun qed tippreżenta l-konklużjonijiet ta’ dawn il-laqgħat lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius biex b’hekk ikun possibli li titkompla il-ħidma tal-Gvern fil-qasam sportiv.

_DSC0190

B’mod parallel, l-ewwel Forum Nazzjonali tal-Isport kien imxandar wkoll fuq TVM2 wara ftehim li ntlaħaq bejn SportMalta u l-Public Broadcasting Services.  It-telespettaturi setgħu jsegwu ‘il fuq minn seba’ sigħat mill-kumdita’ ta’ darhom.  Dan huwa mod ieħor kif il-gvern juża għall-massimu r-riżorsi umani u jifrex ix-xogħol tiegħu permezz ta’ aktar kollaborazzjoni bejn l-entitajiet governativi.

Is-suċċess ta’ SportMalta qed jikkontribwixxi bil-kbir għas-suċċess li laħaq pajjiżna fil-qasam  sportiv hekk kif titkompla il-wegħda tal-Gvern li jkompli jagħmel dak kollu li hu possibli għal pajjiżna biex dan is-settur ikompli jikber u jissaħħaħ.

_DSC0068

Qabel il-Forum innifsu saru sitt seminars speċifikament immirat għall-setturi ta’ nies mdaħħla fl-isport.  Is-sitt seminars saru b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet diversi.  L-ewwel seminar sar b’kollaborazzjoni mal-MCAST u kien immirat għall-istudenti, segwa seminar għall-ħaddiema taċ-ċivil u ieħor għaż-żgħażagħ bil-kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ.  It-tlieta s-seminar sar f’Għawdex għall-isportivi Għawdxin bil-kollaborazzjojni tal-Gozo Sports Board.  Sar seminar għall-edukaturi u ieħor għall-ġurnalisti u l-assoċjazzjonijiet sportivi bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Ġurnalisti Sport.

_DSC0034

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”