Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Fil-ħamsa u għoxrin u s-sitta u għoxrin ta’ Frar l-Isport Promotion Unit fi ħdam Sport Malta organizza zewġ sessjonijiet ta’ taħriġ għall-istudenti li jattendu l-iskola  s-sekondarja fil-form 3 u form 4 u li ser joqogħdu  għall eżami tal- Matsec tal-P.E.

Dawn is-sessjonijiet kienu jiffukaw fuq il-logħoba tal-Badmintonu saru fil-kumpless sportiv ta’ Ħal-Kirkop. Għal dawn is-sessjonijiet attendew numru sabiħ ta’ parteċipanti mill-iskejjel tal-istat u anki minn dawk tal-knisja.

Is-sessjonijiet kienu mmexxija minn għalliema fi ħdan l-SPU bl-għajnuna ta’ kowċis mill-Badminton Association. Fl-aħħar sessjoni konna fortunati li seta jiġu żewġ kowċis internazzjonali Ċeki, Lukas Kroc u Martina Fortagova, li bħal issa qieghdin Malta.

L-istudenti kollha kellhom ħin twil jipprattikaw dan l-isport taħt il-gwida tal-kowċis Maltin u barranin. Dawn l-istudenti ġew morija u spjegati xi tattiċi tal-logħba kif ukoll xi tip ta’ taħriġ li jistgħu jagħmlu l-iskola mal-għalliema tagħhom. Huma wrew ix-xewqa li jkollhom iżjed sessjonijiet ta’ taħriġ bħal dawn ħalli jtejbu l-logħba tagħhom u jmorru tajjeb fil-parti prattika tal-eżamijiet.

CategoryNews, Sport Updates

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”