Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Is-Sibt 20 ta’ Frar kellna l-Gladitators Night XII fejn Team Malta rebaħ il-parti l-kbira tat-taqbidiet mal-atleti barranin.

It-taqbida ewlenija kienet ta’ Keith “the Speed” Azzopardi, Team Spartan, li tqabad ma’ Joao Francesco mill-Portugal fil-K1. Fl-ewwel taqsima Azzopardi beda jidħol bir-riġlen filwaqt li Francesco beda jnaqqas d-distanza biex itaffi l-effettività. It-tieni taqsima l-atleti żammew qrib xulxin u ħadmu l-aktar bil-Boxing u bl-irkoppa. It-Tielet taqsima żammew l-istess ritmu imma l-Malti beda jdaħħal l-punti bis-“Spinning Back Fist”. “The Speed jirbaħ it-taqbida bil-punti.

 

L-atleti Maltin li rebħu lill-barranin kienu: (Team Spartan) Brandon “Bogon” Borg, Theon Camilleri u Shaun Falzon, (Team Noel) Christopher Rotin, Clayton Desira, (Malta Thai Boxing): Matthew Palcarz. Fil-Boxing Kersten “the Bullet” Brown (Brown Boxing) u Jason Micallef (Team Noel) jirbħu b’KO.

L-unika taqbida tar-ritorn kienet waħda tal-Boxing bejn Diane Schembri, Team Noel, u Claire Ciantar, Lord’s Gym. Iż-żewġ atleti kienu tal-istess livell fejn bdew baqgħu jippressaw lil xulxin il-ħin kollu minkejja li ħadd minnhom ma ġie minn fuq. Fl-aħħar il-ġurija tat it-taqbida bħala pareġġ.

Atleti oħrajn li tqabdu mal-barranin kienu: Jesred Piscopo, Julian Mangion u Ryan Cachia.

Din kienet l-ewwel darba li l-Assoċjazzjoni tal-Kickboxing ta’ Malta (MKBA) u l-Assoċjazzjoni tal-Boxing ta’ Malta (MBA) ħadmu id f’id għal dan l-avveniment. Dan wassal għal aktar professjonaliżmu fl-organizzazzjoni u sikurezza għall-atleti.

 

 

 

CategoryNews, Sport Updates

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”