Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Fi tmiem il-gimgha, t-tim tal-Valletta Subbuteo Club rega rebah l-unur ta’ Campjins ta’ Malta ghall-hames sena konsekuttiva w t-tnax il-darba fl-istorja tal-klabb. Dan il-kampjonat kien kompost min erba’ klabbs u l-loghob intlghab fuq zewg rawnds. It-tim Belti rebah il-loghob kollu li lghab u l-akbar sfida kienet mit-tim ta’ Bormla, li spiccaw fit-tieni post. Ta min isemmi, li kemm il-Valletta Subbuteo Club u anke Bormla Subbuteo Club, ikkwalifikaw ghall-kampjonati Ewropej tal-klabbs li se jigu organizzati f’Ottubru li gej, mill-FISTF.

Fl-stess granet giet ukoll organizzata n-Knock Out u anke hawn il-klabb Belti rega hareg rebbieh u b’hekk ghamlu dopjetta. Fis-semifinali huma ghelbu lit-tim tal-Valletta Lions 4-0 u fil-finali lill-klabb ta’ Bormla SC 3-1. Il-kampjonat malti gie organizzat mill-MTFSA w il-loghob kollu sar fil-kazin tal-banda San Gorg gewwa Bormla. It-tim rebbieh kien kompost min dawn il-plejers – Joseph Borg Bonaci, Samuel Bartolo, Mario Camilleri, Andrew Abela, Roderick Vassallo, Derek Conti w Jason Pisani.

Fl-gimghat li ghaddew, il-Valletta Subbuteo Club rebah ukoll il-FISTF International Open li kien organizzat gewwa s-sala tal-Ghaqda ta hbiberija bejn Malta w ic-Cina, gewwa l-Belt Valletta, mentri barra min xtutna, t-tim Belti ha sehem fil-Grand Prix ta’ Milan, fil-Major ta’ Ruma w fil-granet li gejjin se jiehdu sehem fil-Grand Prix ta’ l-Ingilterra gewwa Enderby.

CategoryNews, Sport Updates

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”