Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Il-Kumitat Organizattiv ta’ Sport Malta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali ħabbar uffiċjalment il-ħames finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena li se ssir nhar is-Sibt 13 ta’ Frar 2016 f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi. Għal sena oħra l-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun organizzata flimkien bejn SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports.
Fl-edizzjoni ta’ din is-sena, li se tkun qed tippremja l-kisbiet sportivi tas-sena 2015, se jkunu preżentati xejn inqas minn 11 il-kategorija li jinkludu: Sportiv tas-Sena, Sportiva tas-Sena, Żagħżugħa tas-Sena, Żagħżugħ tas-Sena, Tim tas-Sena, Kowċ tas-Sena, Uffiċjal tas-Sena, u l-People’s Choice Award. Jingħataw wkoll ir-rikonoxximent għall-atleta f’Għawdex u l-Avveniment tas-Sena flimkien ma’ żewġ rikonoxximenti lil Special Olympics Malta; wieħed fil-kategorija tan-nisa u l-ieħor tal-rġiel.

140-_DSC2786 (Large)
F’Konferenza Stampa, fejn fiha ġew ippreżentati ċ-ċertifikati lis-semi finalisti kollha, kienu preżenti s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius, iċ-Ċermen tal-Kumitat Organizattiv Mark Cutajar, il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Charles Camenzuli u ċ-Ċermen ta’ SportMalta Luciano Busuttil.

Il-Finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena huma dawn:

Sportiv tas-Sena
Camilleri Stevie – Waterpolo
Chetcuti Andrew – Għawm
Moore Kevin – Atletika
Pulis Rodmar – Weightlifting
Spiteri Mark – Ten Pin Bowling
Vella Adam – Lotta

Sportiva tas-Sena
Abela Sue – Ten pin Bowling
Bonello Spiteri Danica – Triathlon
Camilleri Rebecca– Atletika
Dalli Peppijna – Ġinnastika
Wingfield Charlotte – Atletika

Uffiċjal tas-Sena
Caruana Curran Joe – ASA
Caruana Jesmond – Weightlifting
Muscat Joseph – Basketball
Pace Johan – ASMK
Pisani Clayton – MFA

Kowc tas-Sena
Chun Albert – Ġinnastika
Giordimaina Jesmond – Lotta
Izzo Karl – Waterpolo
Vella Silvio – Football
Vogelesang Rickard – Ten Pin Bowling

Żagħżugħ tas-Sena
Attard Kurt – Ten Pin Bowling
Camilleri Luke – Atletika
Cassar Kurt – Basketball
Giordimaina Gary – Lotta
Mifsud Kieran – Weightlifting
Plumpton Ben – Waterpolo

Żagħżugħa tas-Sena
Dalli Peppijna – Ġinnastika
Micallef Amy – Għawm
Richard Janet – Atletika
Xuereb Sara – Ten pin Bowling
Zammit Nina – Triathlon

Tim tas-Sena
Ġinnastika : Tim Nazzjonali ‘A’ GSSE
Snooker : Tim : Tony Drago – Brian Cini
Ten Pin Bowling : Tim : Mediterranean Cup
Waterpolo : Tim Nazzjonali Irġiel – ‘ A
Waterpolo : Tim Nazzjonali Under 17

Ta’ min jinnota li hemm żewġ kategoriji, dawk tal-Isportiv tas-Sena u ż-Żagħżugħ tas-Sena, li fihom sitt finalisti flok ħamsa dan minħabba l-fatt li fil-votazzjoni tal-ġurnalisti membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kien hemm żewġ individwi li spiċċaw bl-istess ammont ta’ punti.
Intant waqt il-Konferenza tal-aħbarijiet tħabbru wkoll il-finalisti tal-People’s Choice Award, liema kategorija se tkun missielta bejn il-lista t’hawn taħt fejn hemm in-numru tal-SMS marbut ma’ kull finalista ta’ din il-kategorija.

50616721 – Hannah Pace – Malta Triathlon Federation
50616722 – Steven Fenech – Malta Wheelchair DanceSport Association
50616723 – William Vella – Malta Shooting Sport Federation
50616724 – Joseph Borda – Malta Rugby and Football Union
50616725 – Matthew Zammit – Aquatic Sports Association of Malta

Il-mistieden speċjali għall-edizzjoni ta’ din is-sena ser ikun Simone Farina, l-ex player tal-football li huwa simbolu kontra l-korruzzjoni fl-Italja.
Ħajr imur għall-isponsors tas-serata li huma Bank Of Valletta (BOV), Maltco Lotteries, MSV life p.l.c., Bajada new energy group Ltd., Charles Grech & Co. Ltd, General soft drinks Co. Ltd., Mediterranean Conference Centre (MCC), Public Broadcasting Limited (PBS), The Knot u Vascas Jewellers.
Il-preżentatur ta’ din is-serata, li ser tkun mxandra live fuq TVM2, ser ikun il-ġurnalista Clinton Buhagiar.

Iktar ritratti ghafas hawn

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”