Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Illum saret l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-Proġett tal-ERDF 339 li huwa proġett li jwassal biex tinħoloq aktar enerġija effiċjenti fil-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq.  

 

Id-dettalji dwar dan il-proġett ingħataw mill-project leader Dermot Galea li qal li dan il-proġett sar b’investiment totali ta’ €1,156,008, bl-għan ikun li jitħares l-ambjent billi tintuża enerġija alternattiva. Dan qed jgħin biex il-Pixxina, fiż-żmien li ġej, ma tibqax tagħmel telf u tkun ta’ piż fuq il-Gvern u SportMalta.  Huwa elenka l-erba’ fażijiet tal-proġett li kienu:

  1. L-installazzjoni ta’ heat pumps għall-pixxini,
  2. L-installazzjoni ta’ Variable Refrigerant Flow airconditioning system għall-West Stand, fejn jinsabu l-uffiċini.
  3. L-installazzjoni ta’ solar collectors li ser ikunu użati biex jissaħħan l-ilma tax-showers fil-Kumpless.
  4. L-installazzjoni ta’ pool covers għaż-żewġ pixxini

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius beda billi feraħ lit-tim tal-waterpolo li kien għadu kif rebaħ il-logħba kontra t-Turkija waqt il-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo u semma kif il-Gvern diġà qed jagħti sostenn kbir lill-isport tal-waterpolo u lill-isport akkwatiku ieħor anke bil-bini ta’ pixxina f’Għawdex u bil-pitch tal-waterpolo f’Birżebbuġa.  Huwa semma kif il-politika m’għandha qatt tkun imħallta mal-isport u kollha għandna niġbdu ħabel wieħed għal dan il-għan.

 

Parliamentary Secretary for the EU Presidency 2017 and EU Funds, Ian Borg and Parliamentary Secretary for Research, Innovation, Youth & Sport, Chris Agius, inaugurate ERDF EU Funded Project at the Malta National Pool. National Pool Complex, Tal-Qroqq

Chris Agius semma kif waslet ukoll fil-fażi ta’ aġġudikazzjoni l-għażla tal-perit li ser ikun qiegħed jagħmel il-pjanti tal-pixxinaindoor fil-Kottonera.  Minbarra dan, aċċenna għall-miżuri tal-budget relatati mal-isport li qed ikomplu jaġevolaw lill-komunità sportiva.  

 

Huwa kompla jgħid li din hija ħolqa oħra mill-katina ta’ wegħdi elettorali li qed jitwettqu fejn qed jiġi ġġenerat il-kumpless tal-pixxina tal-Qroqq.  Fil-leġiżlazzjoni li għaddiet, kien iktar importanti li jinbnew faċilitajiet ġodda li mhux dejjem kienu sostenibbli u l-faċilitajiet eżistenti tħallew fi stat dilapidat.

Waqt din l-inawgurazzjoni, is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg spjega li dan il-proġett ikkwalifika taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u ser ikun ibbenefika minn madwar €400,000.

Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg ħabbar ukoll li għall-ewwel darba ser ikun hemm madwar €5M Fondi Ewropej li ser ikunu allokati għall-iżvilupp ta’ infrastruttura sportiva f’żoni hekk meqjusa bħala żvantaġġjati.  Dawn il-fondi għandhom l-għan li jikkumbattu problemi ta’ esklużjoni soċjali kif ukoll ikomplu jtaffu l-problemi relatati mal-obesità, spejga Dr. Borg.

Parliamentary Secretary for the EU Presidency 2017 and EU Funds, Ian Borg and Parliamentary Secretary for Research, Innovation, Youth & Sport, Chris Agius, inaugurate ERDF EU Funded Project at the Malta National Pool. National Pool Complex, Tal-Qroqq

Dr. Borg temm jgħid li bl-istess mod, permezz tal-investiment ġewwa l-Pixxina Nazzjonali, aktar klijenti ser ikunu qed jirċievu servizzi ta’ kwalità aħjar – anki b’rati sussidjati lil dawk kollha li huma membri – hekk kif il-parteċipazzjoni fl-isports mistennija li tkompli tiżdied.

Iċ-Chairman ta’ SportMalta, Dr. Luciano Busuttil tkellem dwar ir-relevanza ta’ fondi Ewropej. Huwa ħabbar li SportMalta fetħet dipartiment relatat max-xogħol tal-Unjoni Ewropea sabiex l-entità tkun iżjed relevanti f’dan il-qasam.

 

Parliamentary Secretary for the EU Presidency 2017 and EU Funds, Ian Borg and Parliamentary Secretary for Research, Innovation, Youth & Sport, Chris Agius, inaugurate ERDF EU Funded Project at the Malta National Pool. National Pool Complex, Tal-Qroqq
Il-kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar qal li fl-2016, l-entità ser tkun qed iżżomm ir-ritmu tas-sena li għaddiet.  Huwa ħabbar li s’issa diġà ġew konklużi numru ta’ proġetti filwaqt li l-proġetti l-kbar diġà jinsabu f’fażi ta’ aġġudikazzjoni. 

Parliamentary Secretary for the EU Presidency 2017 and EU Funds, Ian Borg and Parliamentary Secretary for Research, Innovation, Youth & Sport, Chris Agius, inaugurate ERDF EU Funded Project at the Malta National Pool. National Pool Complex, Tal-Qroqq

Huwa semma li fit-23 ta’ April ser issir konferenza nazzjonali għall-għaqdiet sportivi kollha u NGOs u ħabbar li f’Novembru, SportMalta ser tkun qed tospita aktar minn 300 delegat minn universitajiet differenti għall-Assemblea Ġenerali tal-ENAS.

CategoryNews, SportMalta News
Tags

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”