Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Bhal kull sena l-Ghaqda Nazzjonali tal-Atletika, il-Malta Amateur Athletics Association, flimkien mal-Sport Promotion Unit organizzat din il-kompetizzjoni mmirata ghat-tfal ta bejn l-10 snin u 14 il-sena li jattendu skejjel tal-istat, dawk privati u dawk tal-knisja. L-Erbgha 2 ta’ Dicembru sebhet gurnata kwazi sajfija u ftit anqas minn 400 tifel u tifla minn 22 skola attendew ghal sensiela ta’ girjiet, tlieta ghas-subien u daqstant iehor ghal-bniet.

20151202_113246

Il-kategoriji kienu ghal-Primarji, ghall-ewwel sentejn Sekondarja u dawk tas-Sekondarja kbar. F’entuzjazmu u inkoraggiment kbir l-iskejjel li spikkaw l-aktar ghall-unuri kienu l-Kullegg De La Salle tal-Cottonera fil-qasam tas-Subien, fejn it-timijiet ta’ tmienja l-wiehed spiccaw l-ewwel f’kull kategorija. Intant l-Iskola Nazzjonali tal-Isport, li kif mistenni minn kulhadd minhabba n-natura tal-kurrikulu ta’ din l-istituzzjoni, kienet fuq quddiem fil-qasam femminil, fejn l-istudenti taghha – li jattendu sekondarja biss – spiccaw rebhu z-zewg kategoriji f’dan is-settur. Is-subien taghhom kellhom jikkontentaw bit-tieni post fiz-zewg kompetizzjonijiet ghalihom f’dik li hija timijet. Ibbazata fuq sistema tal-anqas penalty points migbura, t-tim tal-bniet tal-Iskola Nazzjonali irnexxhielhom jiksbu l-ahjar ammont tal-gurnata, meta l-ewwel 4 taghhom fil-qasam tal-kbar spiccaw fl-ewwel tlett postijiet, bir-raba’ wahda ttemm fis-6 post. Skont i-regoli tal-kompetizzjoni, ghalkemm tim jista jdahhal 8 atleti, huma biss l-ewwel 4 li jinghataw il-punti. Fil-kategorija tal Primarji, wara De La Salle spiccaw il-Kullegg ta’ St Edward quddiem San Anton. Ghall-bniet kienet l-iskola ta’ San Anton li ttriumfat fuq St Martin u dik ta’ St Monica Birkirkara.

IMG_20151202_102610

Ghas-Sekondarji ghaz-zghar, wara De La Salle u l-Iskola Nazzjonali spiccaw St Edward filwaqt li fil-qasam femminil, fit-tieni post dahlet l-iskola tas-Sacred Heart segwita minn St Monica Birkirkara. Fil-kbar, it-tielet posizzjoni subien rebhuha il-Kullegg Savio u fit-tieni post bniet rajna tirbah l-iskola San Anton u warajha, it-tielet, kien hemm l-iskola tas-Sacred Heart.

Fil-qasam individwali, fejn l-Assoccjazzjoni ippremjat b’tazzi l-ewwel tlett postijiet ghal-kull kategorija, spiccaw, ghal-Primarji, Michael Tabone (St Edwards) l-ewwel, Isaac Bonnici u Matthew Galea Soler (De La Salle) it-2 u it-3. Mill-bniet, fl-ewwel u t-tielet post spiccaw Maya Galea u Sabrina Pace, it-tnejn minn St Martin, filwaqt li f’nofshom kien hem Sophie Thake ta’ San Anton. Fil-kategorija tan-nofs kellna lill-Daniel Caruana u Jacob Darmanin ta’ De La Salle u f’nofshom Thomas Woods tal-Iskola Nazzjonali. F’dik tal-bniet rebhet Sarah Chouhal segwita minn Ylenia Bonett mill-istess Skola Nazzjonali. It-tielet spiccat Emma Ciantar Piccinino tal-iskola St Monica tal-Gzira. Ghal-kbar, l-istess kif rifless fil-kompetizzjoni tat-timijiet, kien hemm clean sweep mis-subien tal-Kullegg De La Salle. Jordan Kelly, Karl Attard u Leon Zammit ghamlu il-podium taghhom kif ghamlu il-bniet tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport Marija Farrugia, Celeste Grech u Nicole Sciberras, f’din l-ordni, mill-bniet.

L-Assoccjazzjoni Maltija tal-Atletika torbot is-success ta’ dan l-avveniment max-xoghol sfiq u habrieki li jwettqu numru sabih ta’ skejjel u kulleggi li ghandhom ghal qalbhom l-isport u s-sahha fizika tal-istudenti taghhom, izda tikkonoxxi u ssellem fost kollox il-hegga tal-awtoritajiet edukkativi tal-istat, specjalment id-Dipartiment tal-Edukazzjoni Fizika fi hdan il-Ministeru ghall-Edukazzjoni u xejn anqas lid-dirigenti tal-Assocjazzjoni Sportiva tal-Iskejjel Privati u tal-Knisja, li minghajr l-ghajnunha taghhom ma kienx ikun possibbli tittella din l-attivita atletika tant mahbuba mill-istudenti.

Find out about more events by the SPU

 

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”