
Matul is-sena ddieħla SportMalta ser tkun qegħda tagħmel investiment kapitali ta’ 10 miljun Ewro biex ttejjeb l-infrastruttura tal-Kumplessi fi ħdanha. B’dan il-pass SportMalta se tkompli tikkonsolida l-ħidma li nbdiet f’dawn l-aħħar sentejn.
Dan tħabbar illum f’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, li huwa l-lok fejn ser isiru uħud mill-proġetti.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius aċċenna għall-istat li fih kienu sabu l-kumplessi fi ħdan SportMalta. Huwa kompla jgħid li SportMalta imbarkat fuq ħidma sfieqa sa mill-ewwel ġranet ta’ din il-leġislatura, li jkompli jikkonferma kemm verament dan huwa Gvern li ħadem sabiex Malta jkollha l-Ekonomija b’Saħħitha li qed ingawdu bħalissa.
Is-Segretarju Parlamentari semma speċifikament il-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq li diġa bdiet issirlu l-manutenzjoni għaliex tant kien tħalla fi stat diżastruż li kien hemm il-biża li ssir xi traġedja. Il-kumpless tal-Pixxina f’Tal-Qroqq ma kienx l-uniku eżempju li semma s-Segretarju Parlamentari, għaliex fil-kumplessi kollha kien hemm bżonn ta’ xogħol kbir sabiex ikunu mmoderniżżati jew estiżi biex ikunu jistgħu jilqgħu l-bżonnijiet tal-isportivi lokali.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, Mark Cutajar elenka n-numru ta’ progetti li ser isiru fl-2016. Uħud minn dawn il-proġetti ser jsiru fil-Kumplessi filwaqt li oħrajn huma estensjoni tal-kumplessi eżistenti. Minbarra hekk hemm 7 proġetti oħra li jmorru lill hemm mill-faċilitajiet ta’ SportMalta. Dawn huma;
- jogging track f’Ta Qali u f’Santa Luċija,
- bdil tal-court tal-Basketball tas-Siġġiewi (Fażi 1),
- Shooting range f’Għawdex,
- kumpless tal-Judo f’Pembroke,
- manutenzjoni fil-padiljun tal-Basketball f’Ta Qali,
- Kumpless sportiv f’Santa Venera.
Fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq ser isir
- Bdil tad-deck
- fire alarm fil-plantroom,
- manutenzjoni tal-boiler
- Bdil ta’ dawl u pompi fil-Plantroom
- Changing rooms ġodda (West & East Block)
- Hand Rails tal-istands ġodda
- Grey Water Project
- Kanċell fl-East Block C/Park
- Reception Area Upgrade
- Kmamar oħra attrezzati għall-programmi ta’ SportMalta
- Manutenzjoni tal-Isquash Courts
- VRF System Extention
- Manutenzjoni tas-Sistema CCTV
- Uffiċji ġodda għan-NADO
- Tmien Starting Blocks Ġodda
- Fannijiet fl-isquash courts
- Kamra ġdida għat-timijiet Nazzjonali tal-Għawm
Fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera se:
- Tinbidel l-art tal-main hall u boċċi dromo
- Issir estensjoni tal-Kumpless
- Isiru swali attrezzati għall-konferenzi
- Upgrade tas-sistema tas-sound
- Cottonera VRF System
Fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa ser isir:
- Fence madwar il-pitches
- Warm up Track ġdid għall-atletika
- Dug outs għas-Softball u Baseball
Fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop ser isir:
- Xogħol fuq il-pixxina
- Manutenzjoni tac-Changing rooms
Fil-University Sports Hall ser isir:
- Bdil tad-dawl fis-sala tal-isports fl-Universita’
- Ser jinbidel il-boiler
Iċ-Ċermen ta’ SportMalta Luciano Busuttil, rringrazzja lil Gvern talli emmen fil-ħidma li qed tagħmel l-entita’ hekk kif fl-aħħar sentejn u nofs intwera biċ-ċar kemm l-impenn tal-amministrazzjoni qed isarraf fi frott. Huwa spjega ukoll kif l-entita’ mhix qed tieħu ħsieb biss il-faċilitajiet u l-iskemi sabiex taqdi aktar l-isportivi Maltin imma xeddet libsa ġdida bl-isem ġdid ta’ SportMalta. Huwa saħaq li dan mhuwiex biss bdil kosmetiku iżda huwa rappreżentazzjoni ta’ dan l-impenn u l-investiment fil-qasam sportiv. Huwa aċċenna għall-website l-ġdida tal-entita’ li hija user friendly biex kulħadd ikolli aċċess għall-informazzjoni.