Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.
Kienu 35 assoċjazzjoni sportiva/atleti individwali li bbenefikaw minn skemi ta’ assistenza ta’ SportMalta. L-għajnuna finanzjarja li kienet preżentata llum kienet marbuta mad-diversi skemi li toffri SportMalta,  fosthom l-iskema tat-Turiżmu Sportiv.
 
pr152418c
Waqt li indirizza lil dawk preżenti, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius aċċenna għall-miżuri li qed jittieħdu mill-gvern sabiex l-isportivi jkunu megħjuna.  Huwa semma t-tnaqqis ta’ rata tat-taxxa għall-atleti kollha u l-kowċis u r-rata anqas tat-taxxa tal-VAT fuq attivitajiet sportivi fosthom f’gym memberships u fitness centres.  Huwa kompla jgħid li nhar it-Tnejn SportMalta se tkun qed tħabbar aktar proġetti ġodda li minnhom se jibbenefikaw bosta sportivi. 
 
pr152418b
Iċ-Ċermen ta’ SportMalta Luciano Busuttil aċċenna għall-ħidma li għamlu l-impjegati ta’ SportMalta biex ma jħallux l-entità tkompli takkumula aktar dejn.  Minn din is-sena din il-ħidma se tibda tħalli l-frott, hekk kif għall-ewwel darba wara diversi snin, SportMalta se tkun qed tagħmel profitt li jista’ jerġa jkun investit fl-isport lokali.
CLF_3629em (2)
L-Aġent Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar ta spjega dwar il-proċeduri l-ġodda sabiex wieħed jkun jista’ japplika għall-assistenza filwaqt li aċċenna għall-ħinijiet ġodda li se jibda jopera SportMalta sabiex l-isportivi jkunu moqdija aħjar.  Huwa semma li dan huwa parti mir-rebranding tal-entità li tinkludi wkoll bdil fl-isem u website ġdida.  
More photos from the presentation can be viewed here
CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”