Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

It-Tnejn filgħodu l-Prim Ministru Robert Abela akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima, inawgura t-tieni fażi tal-proġett ta’ aktar minn miljun ewro fil-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali.

Ix-xogħlijiet tat-tieni fażi kienu jinkludu it-twaqqigħ tal-istrutturi interni u bini mill-ġdid ta’ l-istands biex issa din il-facilita’ għandha kapjenza ta` 1100 sit bilqegħda.  Barra a minn hekk saru dressing rooms ġodda u anke uffiċini ġodda għall-Assoċjazzjoni Maltija tal-Baskitbol.  Dan ikomplimentaw ix-xogħlijiet tal-ewwel fażi li kienu jinkludu titjib fl-istruttura oriġinali tal-azzar u tal-binja minn barra.

Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru Abela qal kemm huwa mportanti li nrawmu l-valur tal-isport fit-tfal tagħna. Huwa nnota kif dan l-investiment għamel l-arena aċċessibli anke għall-persuni b’diżabilità li jistgħu issa jipprattikaw il-baskitbol f’Ta’ Qali.

Dr Abela qal li rridu nemmnu f’dak li nwettqu biex il-livell dejjem jitla’ ‘l quddiem. Semma kif din hija parti mill-viżjoni ta’ dan il-Gvern għall-għaxar snin li ġejjin u li ninsabu ffukati li naraw liż-żgħażagħ jitilgħu ‘l fuq f’dan il-qasam u kull qasam ieħor.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal kif l-isport għandu impatt pożittiv fuq il-ħajja u s-soċjetà tagħna. Saħaq kif il-livell għoli ta’ sport f’pajjiżna qed iħalli l-frott tiegħu anke f’pajjiżi barra minn Malta.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, Mark Cutajar semma kif dan il-Gvern jimpurtah mill-isport u dan juruh id-diversi proġetti li qed isiru f’dan il-qasam madwar Malta u Għawdex kollha.  Cutajar radd ħajr lill-ħaddiema ta` SportMalta li għalkemm fl-2020 għaddew minn perjodu diffiċli, xorta laħqu l-miri tagħhom għal din is-sena.  Huwa semma li l-għaqal tal-entita’ għamel possibli li l-proġetti jitkompklew kif ukoll li l-assistenzi mogħtija din is-sena kienu ukoll rekord.  Huwa għamel ringrazzjament speċjali liċ-Ċermen Luciano Busuttil u l-ħaddiema għax-xoghol imprezzabli tagħhom.

 

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”