Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Ħarġu l-ewwel sejħiet għall-offerti biex fil-Marsa jibda x-xogħol għall-iżvilupp ta’ ċentru sportiv ta’ livell internazzjonali. Il-Gvern se jinvesti €9 miljun, bis-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Clifton Grima, jgħid li dawn il-faċilitajiet iridu jkunu lesti sa tliet snin oħra meta f’Malta se jsiru l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.

60 tomna art fiż-żona biswit it-trakka tal-atletika fil-Marsa se tinbidel f’ċentru sportiv ta’ livell internazzjonali b’investiment mill-Gvern ta’ €9 miljun. L-investiment jinkludi l-bini tal-ewwel ċentru għall-ġinnastika, faċilità tal-isquash u r-restawr ta’ binja ta’ żmien l-Ingliżi li se tinbidel f’uffiċini u ristorant. Il-proġetti jinkludi wkoll il-bini ta’ uffiċini għall-federazzjonijiet tar-rugby, in-netball u l-baseball.

Parliamentary Secretary for Youth, Sport and Voluntary Organisations Clifton Grima announces the restoration of 1903 building

Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, Mark Cutajar, qal li l-pjan hu li dan il-proġett jitlesta fis-sentejn li ġejjin biex l-atleti Maltin ikollhom fejn jitħarrġu għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-2023 li se jsiru f’Malta.

“Faċilità tal-isquash li hi importanti għalina b’mod partikolari għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar għax l-isquash hu wieħed mill-isport li qed nistennew il-midalji u flimkien magħha se jkun hemm faċilità tal-weightlifting kif ukoll fitness centre li tissuplixxi l-atleti kollha Maltin,” qal il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, Mark Cutajar.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Clifton Grima, qal li dan il-proġett jidħol kexxun mal-istrateġija tal-Gvern li l-pajjiż ikun kalamita għal niċċa turistika ġdida.

“Bħala pajjiż inkunu kapaċi nospitaw events ta’ portata internazzjonali u allura hemmhekk nerġa’ ntenni l-importanza li l-isport għandu f’dak li għandu x’jaqsam mat-turiżmu sportiv,” qal is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Clifton Grima.

Dr Grima qal li fil-ġimgħat li ġejjin se jħabbar aktar investimenti f’dixxiplini sportivi oħrajn fosthom l-atletika.

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”