Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima, flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar, nieda il-kampanja ‘#BeActiveAtHome’ bil-għan li żżomm lill-pubbliku attiv fi djaru permezz ta` sit ta` SportMalta, www.sportmalta.org.mt u pemezz  tal-midja soċjali.

Bħala parti mill-kampanja #BeActive, SportMalta ħarġet bi pjan ta’ kontinġenza fiċ-ċirkostanza tal-pandemija tal-Covid19. Din l-inizzjattiva se tinkludi numru 35 filmat online  fil-gimgħa, ta’ sport u attivita’ fiżika mmirati lejn setturi differenti tas-soċjeta’.   Dawn mhux biss qed jigu offruti għal klijenti kollha tal-programm On The Move izda ghal pubbliku ingenerali.  Barra minn hekk SportMalta ħasbet ukoll fi tfal ta` l-akkademji tagħha.  Fil-fatt minn din il-ġimgħa, l-akkademji tal-ġinnastika u ta` triathon ser ikollhom is-sessjonijiet tagħhom normali online u jistgħu jagħmlu interazzjoni mal-kowċis tagħhom.  Dan sabiex it-tfal u żgħażagħ jibqgħu attivi taħt gwida kwalifikata.  Sport ieħor ser jigi introdott ukoll fil-ġranet li ġejjien.

Parliamentary Secretary for Youth, Sport and Voluntary Organisations Clifton Grima launches ‘BeActive at Home

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li, “qed nilqa’ bis-sħiħ l-impenn, id-dedikazzjoni u x-xogħol iebes li qed jintwera minn SportMalta u l-isportivi biex dan kollu jista’ jseħħ bl-użu ta’ mezzi online. Dawn l-aħħar jiem urew il-professjonalità qawwija u l-impenn ta’ sportivi fi żminijiet ta’ sfida bħal dawn.”

Is-Segretarju Parlamentari Grima ħeġġeġ lill-pubbliku li għalkemm qegħdin fi djarna ma jfissirx li m’għandniex nibqgħu b’saħħitna. Hu importanti li nżommu attivi għax l-isport u l-attività fiżika għandhom is-saħħa biex itejbu mhux biss is-saħħa fiżika, iżda wkoll is-saħħa mentali u l-benesseri ġenerali.

Is-Segretarju Parlamentari ikkonkluda billi rringrazzja b’mod sinċier lill-isportivi kollha għall-mod eżemplari li qed juru waqt l-isfida ta’ din is-sitwazzjoni bla preċedent. Esprima l-apprezzament tiegħu lill-istaff ta’ SportMalta li tant qed jagħtu sapport sabiex isir dan kollu.

 

Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar qal li SportMalta għandha obbligu li twassal dan is-servizz.  Huwa qal li meta SportMalta ħarġet b’din l-inizzjattiva, din tant intogħġbot mill-Kummissjoni Ewropea li stiednu lil Ewropa kollha biex jagħmlu l-istess.   Cutajar għamel enfasi li dan kollu kellu proċess minn sejħa għal kowċis kwalifikati u anke struzzjonijiet li gew mogħtija lill-istess kowċis sabiex dawn il-filmati jkollhom kwalita’ u kontinwita’.  Huwa semma li din is-sistema online ser tibqa’ għaddejja anke meta tispiċċa din l-emerġenza biex inressqu iktar nies lejn l-isport u attivita’ fizika. Cutajar irringrazzja lill-ħaddiema ta’ SportMalta b’mod partikolari il-ħaddiema ta` events, marketing u programmi li ħadmu fuq din l-inizzjattiva u lil dawk fl-amministrazzjoni li qed jaħdmu permezz ta’ teleworking sabiex żammew l-entita’ taħdem b’mod effiċjenti. Hu rringrazzja wkoll lil dawk il-ħaddiema li qed jagħmlu l-manutenzjoni neċessarja f’kull faċilita’.

Iċ-Ċermen ta’ SportMalta Luciano Busuttil qal li din is-sitwazzjoni bla preċedent ma jfissirx li m’għandniex insibu l-ħin sabiex nagħmlu l-eżerċizzju fiżiku sabiex nibqgħu attivi. Huwa semma kif f’dawn iż-żminijiet rridu nkomplu nimxu mal-missjoni ta’ SportMalta, li nċaqalqu l-pajjiż. Fl-aħħar nett ħeġġeġ lil kulħadd sabiex isegwi dawn il-filmati sabiex kulħadd jibqa’ b’saħħtu.

Parliamentary Secretary for Youth, Sport and Voluntary Organisations Clifton Grima launches ‘BeActive at Home

Il-filmati se jkunu qed jintwerew fuq il-paġna uffiċjali ta’ SportMalta (BeActive – SportMalta) u l-paġna uffiċjali ta’ Edukazzjoni fuq Facebook. Dawn il-filmati se jkunu disponibbli wkoll fuq is-sit uffiċjali ta’ SportMalta u anke fuq YouTube channel ta` SportMalta.

CategorySportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”