Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

KATEGORIJA SPORTIV TAS-SENA

  1. Keith AZZOPARDI – Kickboxing

Rebaħ it-titlu dinji fi Franza fil-kategorija featherweight bir-regoli full contact. Ġimgħatejn wara rebaħ it-titlu dinji PRO K1 f’Malta. L-ewwel Malti li ġġieled kickboxing fl-Octagon u rebaħ.

  1. Gianluca CHETCUTI – Sparar

Iddefenda b’suċċess il-midalja tad-deheb li kien rebaħ f’San Marino fl-2017 hekk kif rebaħ il-midalja tad-deheb fid-double trap waqt il-logħob tal-pajjiżi żgħar li saru fil—Montenegro.

  1. Rodney GATT – Tiġrijiet taż-Żwiemel

L-ewwel Malti li kkwalifika għall-Kampjonat tad-Dinja għas-sewwieqa professjonali bis-serkin li sar fuq 6 t’ijiem b’24 tiġrija f’ħames koros differenti fl-Isvezja. Irnexxielu wkoll jirbaħ tiġrija u spiċċa fil-11 il-post fil-klassifika finali. Champion ta’ Malta għat-tielet sena konsekuttiva fejn rebaħ l-aqwa żewġ unuri lokalment it-Tazza l-Kbira kif ukoll it-Tazza tal-President.

  1. Jordan GUSMAN – Atletika

Rebaħ żewġ midalji tad-deheb fil-5000 metru u 10,000 metru kif ukoll midalja tal-fidda fl-1500 metru waqt il-logħob tal-Pajjiżi Żgħar fil-Montenegro. Waqqaf rekord nazzjonali ġdid fl-10,000 metru.

  1. Scott MUSCAT – Pool

Sar champion Ewropew ta’ taħt it-23 sena fil-kampjonati tal-pool li saru fl-Irlanda.

 

KATEGORIJA SPORTIVA TAS-SENA

  1. Sue ABELA – Ten Pin Bowling

Abela kellha midalja tad-deheb fid-Doubles u tliet Midalji tal-Fidda fis-Singles, All Events u Masters waqt il-Kampjonat tal-Mediterran. Saret l-ewwel mara Maltija li lagħbet logħba perfetta (300 punt). Champion Nazzjonali għat-23 darba li hu rekord fih innifsu.

  1. Mya AZZOPARDI – Għawm

Rebbieħa ta’ tliet midalji tal-bronz fil-200 metru Individual Medley, 4 x 100m Freestyle Relay u 4 x 200m Freestyle Relay waqt il-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar fil-Montenegro. Irnexxielha tistabbilixxi  12 il-rekord nazzjonali. Ikkwalifikat għall-Kampjonati tad-Dinja ta’ l-għawm tal-kbar fi Gwanju, il-Kampjonati tad-Dinja  taż-żgħar f’Budapest u l-Kampjonati Ewropej taż-żgħar fir-Russja.

  1. Eleanor BEZZINA – Target Shooting

Kisbet il-midalja tad-deheb fit-10m Air Pistol waqt il-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar fil-Montenegro. Iklassifikat fir-4 post fl-International Shoot tal-Olanda. Waqqfet rekord nazzjonali ġdid fl-Air Pistol u ikklassifikat fil-15 il-post fil-kampjonati Ewropej.

  1. Lisa Marie BEZZINA – Atletika

Rebħet żewġ midalji tad-deheb fil-5000 metru u l-10000 metru waqt il-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar fil-Montenegro. . It-3 post fin-nofs maratona tan-nisa ta’ Sevilja minn 11,000 atleta. Rebħet in-nofs maratona tan-nisa ta’ Pisa għat-3 sena konsekuttiva fejn kisret ir-rekord Nazzjonali ta’ Carol Walsh li kien ilu eżistenti għal bosta snin. Rebbieħa wkoll fl-10,000 metru fil-Kampjonat Nazzjonali.

  1. Yasmin ZAMMIT STEVENS – Weightlifting

Fil-Kampjonat Ewropew għall-Pajjiżi Żgħar spiċċat l-ewwel fil-Women Overall, it-tieni fil-Women’s Team u t-tielet fil-Mixed Team, it-tielet fit-Tazza tal-Mediterran f’San Marino kategorija 71 kilogramma, fis-17-il post fil-Kampjonat Dinji f’Pattaya kategorija 71 kilogramma u fit-18 il-post fil-Kampjonat Ewropew f’Batumi kategorija 64 kilogramma. Kisret 21 rekord nazzjonali u tinsab irrenkjata fid-59 post fl-Olympic World Rankings.

 

KATEGORIJA KOWĊ TAS-SENA

  1. Jesmond CARUANA – Weightlifting

Jikkowċja diversi atleti li kisbu suċċess internazzjonalment fosthom Yasmin Zammit Stevens u Tenishia Thornton. Organiżża il-Kampjonat tal-Pajjiżi Żgħar Ewropej kif ukoll l-International Open ta’ Malta. Mexxa kompetizzjoni ta’ kwalifikazzjoni Olimpika fl-Isvizzera.

  1. Edward CARUANA DINGLI – Sport Paralimpiku

Eks-għawwiem mat-tim nazzjonali li qed jagħti sapport lil Kumitat Paralimpiku Malti. Matul l-2019 kien il-Head Coach u Team Leader tat-tim paralimpiku tal-għawm li ħadu sehem fil-kampjonati tad-Dinja tal-paraswimming fl-Ingilterra u fil-World Series fl-Italja.

  1. Gabriel DOBRE – Futsal

Mexxa lit-Tim tal-Luxol sabiex għat-tieni darba fl-istorja għaddew għar-rawnd prinċipali tal-UEFA Champion League fejn fil-grupp mal-aqwa 32 inkiseb punt.

  1. Karl IZZO – Waterpolo

Kowċ tat-timijiet Nazzjonali tal-Kbar u taħt is-17 il-sena li t-tnejn li huma kkwalifikaw għall-Kampjonati Ewropej.  It-tim ta’ taħt is-17 il-sena għadda għall-fażi finali u spiċċa fit-12 il-post.

  1. Noel MERCIECA – Kickboxing

Kowċ ta’ Keith Azzopardi, Diane Schembri Xerri u Wendy Amber Pace li kisbu suċċessi internazzjonali matul l-2019 fosthom midalji tad-deheb, fidda u bronze fil-kampjonati tad-Dinja ta’ l-amateurs li saru fl-Irlanda. Kien il-kowċ ta’ Keith Azzopardi fiż-żewġ rebħiet tat-titli dinji tal-World Kickboxing Network.

 

KATEGORIJA UFFIĊJAL TAS-SENA

  1. Julian BAJADA – Sport Paralimpiku

Kien strumentali sabiex jitwaqqaf il-Kumitat Paralimpiku Malti fejn ukoll ħadem bis-sħiħ sabiex affiljaw ruħhom mal-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali bil-benefiċċji kollha li din l-affiljazzjoni ġġorr magħha għat-titjib ta’ l-isport Paralimpiku lokali u għajnuna għall-atleti.

  1. Terry CAMILLERI – Snooker

Kien strumentali fil-logħba tas-snooker f’Malta kif ukoll barra mill-pajjiż. Huwa kkunsidrat bħala referi li laħaq livell tajjeb sal-kampjonati tad-dinja tant li kkontrolla logħbiet bejn l-aqwa pleyers mondjali fl-ogħla livell ta’ l-isnooker mondjali.

  1. Joe CARUANA CURRAN – Waterpolo

Kien fil-presidenza u l-persuna li flimkien mal-kowċ u l-assistent kowċ jgħin lit-tim nazzjonali tal-waterpolo tal-kbar jikkwalifika għat-tielet darba konsekuttiva għal Kampjonati Ewropej. Kien parti ukoll mill-kwalifikazzjoni tat tim taħt is-17 il sena għall-istess kampjonati. Taħt il-Presidenza tiegħu Malta kisbet 10 midalji fil-GSSE fil-Montenegro, tlieta aktar mill-edizzjoni preċedenti. Diversi għawwiema kisru wkoll r-rekords nazzjonali matul is-sena 2019.

  1. Bernard VASSALLO – Basketball

Referee internazzjonali Malti tal-basketball li ilu jaħdem sabiex jara il-livell tal-logħba titjieb speċjalment fejn jidħlu r-regoli. Kien wieħed mir-referees prinċipali tal-Kampjonati Ewropej taht it-18 -il sena . Fl-2019 ikkontrolla total ta’ 31 logħba Ewropeja. Kien ukoll referee fil-logħob tal-pajjiżi żgħar fil-Montenegro. Huwa wkoll referee instructor tal-FIBA fejn jagħti taħriġ lil-referees inkluż dawk ġodda. Responsabbli mill-promozzjoni tal-basketball fl-iskejjel u direttur tar-Refereeing u Media fi ħdan l-MBA.

  1. John ZAMMIT – Ċikliżmu

Matul is-sena 2019 irċieva diversi unuri għax-xogħol tiegħu fil-qasam taċ-Ċikliżmu fosthom il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika, l-inklużjoni fil-Hall of Fame tal-Kumitat Olimpiku Malti kif ukoll il-UCI Merit Award f’Harrogate

 

KATEGORIJA ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA

  1. Kayden LAGANA’ (dob 14/11/2007) – Ten Pin Bowling

Fit-Tour Ewropew taż-Żgħar irnexxielu joħroġ rebbieħ fil-Youth Open ta’ Nieuwegian l-Olanda u fil-kategorija taħt it-13 il-sena rebah kemm l-Irlanda kif ukoll Zurich.  Fil-Belġju huwa spiċċa t-tieni. Champion Malti ta’ taħt it-tnax il-sena

  1. Jake MUSCAT (dob 08/02/2003) – Waterpolo

L-aqwa plejer tas-sena ta’ taħt is-17- il sena. Jifforma parti mit-tim nazzjonali ta’ taħt is-17 il-sena li spiċċaw fit-12 il-post fil-Kampjonati Ewropej. Beda jissejjaħ mal-iskwadra ewlenija tat-tim Nazzjonali. Kien top scorer fil-Comen Cup ta’ taħt is-17 il-sena. Ifforma parti ntegrali mit-tim ta’ Neptunes li rebaħ erba’ unuri fl-2019. Fil-Kampjonati Ewropej ma spiċċax top scorer għal goal wieħed. Għall-ewwel darba beda esperjenza fil-Montenegro ma’ Jadran Carine.

  1. Richard SCHULTHEIS (dob 18/04/2005) – Ibburdjar

Spiċċa fit-tieni post fil-Kampjonat tad-Dinja Optimist f’Antigua. L-iżgħar skipper fir-Rolex Middle Sea Race. Ipparteċipa u rebaħ kważi 20 regatta matul is-sena 2019.

  1. Nico SCIBERRAS (05/05/2004) – Sparar

L-iżgħar tiratur trap fil-Federazzjoni Maltija. Irnexxielu jirbaħ tliet kompetizzjonijiet lokali meta ħa sehem kontra l-aktar tiraturi stabilliti lokalment. F’Marzu irnexxielu jirbaħ l-E.A.R. Trap Trophy kontra William Chetcuti.

  1. Jeremy ZAMMIT (02/09/2004) – Atletika

Rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Long Jump fil-European Kids Athletic Games b’rekord tal-logħob u best technical achievement minn 1500 atleta minn 20 pajjiż. Rekord Nazzjonali għal taħt is-16 il-sena fil-Long Jump

 

KATEGORIJA ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA

  1. Mya AZZOPARDI (29/09/2002) – Għawm

Rebbieħa ta’ tliet midalji tal-bronz fil-200 metru Individual Medley, 4 x 100m Freestyle Relay u 4 x 200m Freestyle Relay waqt il-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar fil-Montenegro. Irnexxielha tistabbilixxi  12 il-rekord nazzjonali. Ikkwalifikat għall-Kampjonati tad-Dinja ta’ l-għawm tal-kbar fi Gwanju, il-Kampjonati tad-Dinja  taż-żgħar f’Budapest u l-Kampjonati Ewropej taż-żgħar fir-Russja.

  1. Sarah CHOUHAL (06/05/2003) – Atletika

Rebbieħa ta’ midalja tad-deheb fil-Hammer, midalja tal-fidda fir-Relay u Bronze fl-400 metru u t-800 metru waqt il-logħob tal-COJI. Kisbet rekord nazzjonali ta’ taħt it-18 il-sena fil-Hammer. Fil-logħob tal-FISEC rebħet midalja tal-bronze fil-400 u żewġ midalji tal-fidda fir-relays. Ħadet sehem mat-tim nazzjonali tal-kbar  fil-4 x 400 fil-European team Championships li saru l-Kroazja. L-aqwa atleta tas-sena taħt it-18 il-sena.

  1. Francesca CURMI (07/07/2002) – Tennis

Waslet sas-semi finali tad-doubles tat-tfajliet tal-Australian Open Junior Championship Grand Slam. Rebħet midalja tal-fidda fid-doubles waqt il-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar il-Montenegro.

  1. Helene PELLICANO (17/04/2002) – Tennis

Hija l-ogħla ranked tennis player Maltija b’WTA ranking ta’ 710 u ITF junior ranking ta’ 23. Waslet sat-tieni round tas-singles main draw fir-Roland Garros u Wimbledon Junior Grand Slams. Waslet sal-kwarti tal-finali fid-doubles ta’ l-Australian Open Junior Grand Slam

  1. Tenishia THORNTON (01/09/2005) – Weightlifting

Rebbieħa tal-Women Grand Prix fis-Slovenja taħt il-15 il-sena u l-European Small Nations li sar f’Malta taħt is-17 il-sena. Il-ħames fil-Kampjonat Ewropew għal taħt il-15-il sena fil-kategorija 45 kilogramma fejn waqqfet żewġ rekords Ewropej fil-kategorija snatch. Diversi riżultati mill-ewwel sat-tielet post f’kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali. Kisret 144 rekord nazzjonali. L-ewwel Maltija li rnexxiela titla’ livell Platinum.

 

KATEGORIJA TIM TAS-SENA

  1. FUTSAL – Tim tal-Luxol

Rebbieħa ta’ tliet logħbiet fil-UEFA Champions League Preliminary Round sabiex ikkwalifikaw għall-Main Round u irnexxielhom jieħdu punt fi grupp iebes.

  1. IBBURDJAR – Elusive 2

Rebbieħa ta’ l-40 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race kif ukoll it-tellieqa minn Sirakuża sa’ Malta, l-Offshore Challenge tar-Royal Malta Yacht Club u il-BOV Gozo Regatta.

  1. MOTORSPORT – Mr Whippy Racing Team

Rebbieħa ta’ l-FIA European Drag Racing Final wara li kienu ilhom ma jikkompetu internazzjonalment għal 5 snin. Spiċċaw it-tielet overall fil-Kampjonat FIA.

  1. SNOOKER – Tim Kampjonat Ewropew kompost minn Tony Drago u Duncan Bezzina

Rebbieħa tal-Kampjonat Ewropew li sar is-Serbja

  1. TEN PIN BOWLING – Tim tan-Nisa Kampjonat tal-Mediterran kompost minn Sue Abela u Sara Xuereb

Dan it-tim kiseb il-midalja tad-deheb fil-Kampjonat tal-Mediterran li sar Malta b’numru rekord ta’ parteċipanti.

  1. WATERPOLO – Tim Nazzjonali

Għat-tielet sena konsekuttiva kkwalifika għall-Kampjonat Ewropew

 

KATEGORIJA – PEOPLE CHOICE AWARD

  1. CLAIRE AZZOPARDI – Atletika

Rebħet midalja tal-fidda fil-Long Jump waqt il-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Montenegro. Waqqfet rekord nazzjonali ġdid fit-Triple Jump.

  1. ANTONIO FLORES – Sport Paralimpiku

Fis-sena 2019, ikkompeta fil-logħob Para Olimpiku.  Lokalment ħa sehem fil-100m f’ħin ta’ 12.89s kif ukoll fil-World Para Athletics Paris Grand Prix kemm fil-100m u 200m bi preparazzjoni għall-logħob paraolimpiku ta’ din is-sena.

  1. RODNEY GATT – Tiġrijiet taż-Żwiemel

L-ewwel Malti li kkwalifika għall-Kampjonat tad-Dinja għas-sewwieqa professjonali bis-serkin fejn irnexxielu wkoll jirbaħ tiġrija. Champion ta’ Malta għat-tielet sena konsekuttiva fejn rebaħ kemm it-Tazza l-Kbira kif ukoll it-Tazza tal-President.

  1. TENISHIA THORNTON – Weightlifting

Rebbieħa tal-Women Grand Prix fis-Slovenja taħt il-15 il-sena u l-European Small Nations li sar f’Malta taħt is-17 il-sena. Il-ħames fil-Kampjonat Ewropew għal taħt il-15-il sena fil-kategorija 45 kilogramma fejn waqqfet żewġ rekords Ewropej fil-kategorija snatch. Diversi riżultati mill-ewwel sat-tielet post f’kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali.

  1. JAKE VELLA – Triathlon

Għalkemm ibati mill-kundizzjoni rari tar-ROHAD, huwa jipprattika l-isport tat-triathlon. Is-sena l-oħra għamel għawma ta’ ġbir ta’ fondi għall-annimali abbandunati mill-gżejjer ta’ San Pawl sa’ San Pawl il-Baħar. Id-determinazzjoni tiegħu hija waħda li tagħmel kuraġġ lil kulħadd.

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”