Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Il-Finali tal-kampjonat tal-iskejjel tal-Volleyball tas-subien kif ukoll tal-bniet tal-ħdax-il sena, kienu organizzati illum l-Erbgħa 15 ta’ Jannar, ġewwa l-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.

Dawn il-finali saru wara li f’Diċembru li għadda kienu organizzati l-logħob ta’ kwalifikazzjoni.

L-iskola sekondarja STMC St. Lucia kienu r-rebbieħa fil-kategorija tas-subien, segwiti mill-Kulleġġ ta’ St. Edward’s, il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl u l-Kulleġġ ta’ Stella Maris.

L-iskola ta’ Santa Monika Birkirkara, kienu r-rebbieħa tal-kategorija tal-bniet, segwiti mill-iskola ta’  St. Catherine’s, l-iskola Sekondarja ta’ STMC Santa Lucia, u ALP Paola.

Il-Kampjonat kien organizzat mill-iSport Promotion Unit fi ħdan SportMalta, b’kollaborazzjoni mal-Volleyball Association ta’ Malta.

SOURCE – TVM

CategoryNews, Sport Updates

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”