Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Il-Ħamis 14 ta’ Novembru, ingħata bidu għall-ewwel edizzjoni tal-League tal-Waterpolo għall-Iskejjel Sekondarji organizzat b’kollaborazzjoni bejn l-Isport Promotion Unit fi ħdan SportMalta u l-ASA. B’kollox ħadu sehem 14 –il tim minn skejjel ta’ l-Istat, Knisja u Ndipendenti, fejn f’ambjent amikevoli u sportiv qattgħu nofs ta’ nhar ta’ logħob ġewwa l-Pixxina Nazzjonal tal Qroqq.

L-iskejjel li qed jieħdu sehem huma: L-Iskola Nazzjonali ta’ l-Isport, St Edward’s College, San Andrea, St Michael Foundation, De La Salle College, Stella Maris, St Martin’s College, St Albert The Great, il-Kulleġġ t’Għawdex, St Joseph Sliema u Kullegg Maria Regina. It-timijiet kollha ser ikunu qed jilagħbu kontra xulxin matul din is-sena skolastika, bil-finali ssir ġewwa l-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq qabel il-finali tal-Winter League organizzat mill-ASA.
Fl-ewwel ġurnata ta’ logħob, kien hemm taqtieha bejn diversi timijiet, bl-aktar logħoba akkanita tkun dik bejn Tim 1 ta’ l-Iskola Nazzjonali ta l-Isport u St Edward’s College li ntrebbħet mit tim ta l-Iskola Nazzjonali ta’ l-Isport. Fir-ras tal-klassifika jinsabu St Edward’s College u fit-tieni u t-tielet post insibu Tim 1 u Tim 2 rispettivament ta’ l-Iskola Nazzjonali ta’ l-Isport, li għandhom logħoba anqas.

Fil-kategorija tan-nisa, l-Iskola ta’ St Joseph Sliema tinsab fil-quċċata tal-klassifika b’sitt punti, b’rebħiet fuq il-Kulleġġ Maria Regina u San Andrea. Fit-tieni u t-tielet post jinsabu l-Kulleġġ Maria Reġina u San Andrea rispettivament.
L-iskejjel ser jerġgħu jiltaqgħu fid-9 ta’ Jannar għat-tieni ġurnata ta’ l-logħob.

CategoryNews, Sport Updates

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”