Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Ftit snin ilu meta kont ghadni fil-qasam gurnalistiku mhux biss kont naghmel programm fuq it-televizzjoni izda anke kont kontributur fuq diversi gurnali b’artikli kollha relatati ma’ l-isport.  Kont niehu gost li l-qarrejja mhux biss jaqraw dawn il-kummenti izda anke jagghtu ir-reazzjonijiet taghhom.  Qed niehu gost li din il-gazetta qed terga taghtini din l-oppotunita wara snin u mill-llum ghal gimghat li gejjien ser inkun qed naqsam maghkhom hsibijiet minn gimgha ta` sport li tkun ghada kif ghaddiet.

SportMalta tirbah il-BeActive Work Place award f ‘Budapest

Xtaqt illum nitkellem fuq il-Beactive.  Dan l-islogan issa sar popolari  mhux biss ma` l-Ewropa izda anke maghna il-Maltin.  Bi kburija l-ahbar li SportMalta, l-awtorita governativa ta` l-isport li jien naghmel parti minnha rebhet l-unur tal-BeActive Workplace Award mill-Kumissjoni Ewropea.  Dan il-premju jaghti rikonoxximent lil haddiema li waqt il-hin ta` xoghol jorganizzaw attivita biex ikunu iktar attivi. Dan il-premju mhux biss jaghti kuragg lilna bhala haddiema biex naghmlu iktar attivita fizika izda jwassal messagg ukoll.  Jwassal messagg lil dawn kollha f’pozizzjonijiet ta` tmexxija sabiex jiehdu inizzjattivi u flimkien ma` l-impjegati taghhom fi ftit sieghat matul il-gimgha jorganizzaw attivitajiet sportive.  Ghax kif intqakl minn membru tal-gurija waqt is-serata ta` premjazzjoni, haddiema b’sahhtihom, haddiema kuntenti u haddiema kuntenti jaghtu aktar prodott tajjeb.

Xoghol tajjeb mill-MESA

U kif qed nitkellemu fuq attivitajiet fuq il-post ta` xoghol, xtaqt naghti it-tifhir tieghi ghal hidma eccelenti li jaghmlu il-Malta Employers Sport Association.  Din l-organizazzjoni torganizza attivitajiet sportive u kompetizzjonijiet varji ghal haddiema ta` entitajiet u dipartimenti governattivi.  L-entuzjazmu ta` tmexxija qed jghin biex sena wara sena tikber l-attivita u anke tikber il-partecipazzjoni.    Minn kampjonat tal-futbol  li kien jigi organizzat qabel issa ghexieren ta` sport varju qed jigu offruti ghal impjegati ta` civil u mhux biss. Mhux hekk biss izda f’dawn l-ahhar snin, Il-MESA qed tiehu parti attiva anke f’livell internazzjonali bi timijiet Maltin jiehdu sehem b’success f’kampjonati simili madwar l-Ewropa.

Kummissjoni ghal Intergrita fl-Isport

Inizzjattiva ohra eccelenti li thabbret fl-ahhar jiem kienet dik ta` Segretarju Parlamentari ghal-Isport Clifton Grima li nieda kumissjoni ghal intergrita fl-Isport.  Din il-kummissjoni issa hadet il-forma wara li ftit snin ilu l-Malta Football Association bdiet tlaqqa lil partijiet kollha koncernati wara li kien hemm kazi ta` koruzzjoni fl-isport tal-futbol li poggew lil Malta b’mod ikrah fuq ir-radar ta` l-isport Ewropew.  Din il-kummissjoni issa tista tkun ta` forcina ghal dawn l-assocjazzjonijiet u klabbs li ma’ ghandhomx ir-rizorsi necessarji mhux biss biex jiggieldu il-koruzzjoni ta` kull xorta izda anke biex jinvestigawha.  Bla dubju ta` xejn Kumissjoni li ninsab perswaz li ser tiffoka fuq kampanja edukattiva sabiex minn eta zghira lit-tfal sportive taghhna inrawmu kultura ta` sport nadif.  Dan biex imbaghad eventwalment dawn it-tfal ikunu l-protagonisti fil-grawnds u barra l-grawnds ta` Sport hieles minn kull dubji.  Ninsab konvint li din il-kummissjoni ser thalli l-frott fi snin li gejjien.

Is-Sigurta l-Ewwel

Il-Kaz ta` Yau Mun Law il-plejer ta` 36 sena ta` Santa Venera li nhar il-Hamis li ghadda waqfitlu qalbu waqt li kien qed jilghab fil-grawnd ta’ Centinarju igieb maghha riflessjonijiet importanti.  Mhux ser nidhol fuq dan il-kaz partikolari ghax hemm investigazzjoni ghadejja u jien ma jien hadd biex nidhol fiha pero xtaqt naghmel ftit riflessjonijiet.  Ilna ghal hafna snin nghidu li hemm bzonn li jkun hemm ambulanza f’kull post li jkun hemm il-loghob u mhux biss futbol izda f’kull post li ssir kompetizzjoni sportiva.  Din bla dubju igieb spejjez fuq l-assocjazzjoni izda ma` hemm l-ebda spiza meta tqabbilha ma` hajja ta` persuna.  Din ma’ tghoddx ghal futbol biss izda ghal kull sport kompetittuv iehor.  U hekk ambulanza f’kull kompetizzjoni hija impossibli, allura inruidu naraw li f’ kull facilita fejn issir sport ikun hemm first aiders u apparat necessarju sabiex tigi moghtija l-ewwel ghajnuna.  Mhux hekk biss izda wiehed ma jriedx jinsa li l-isport ghalkemm huwa tajjeb ghas-sahha igieb ukoll fuq persuna sfidi momentarji u ghalhekk insaqsi hekk hux wasal iz-zmien li assocjazzjonijiet varji jesigu li l-atleti taghhom issirilhom screening fiziku baziku qabel jigu moghtija permess jiehdu sehem.  Naf fi cert li l-Kumitat Olimpiku Malti u assocjazzjonijiet kbar jaghmlu dan fuq il-plejers ta’ tim nazzjonali pero wiehed jirrealizza li it-testing ta` dawn biss mhux bizejjed.  Minn jaf hekk wasalx iz-zmien li jew ikun l-atleta iniffsu li jaghmel testijietr regolari, ghax wara kollox il-hajja hija prezjuza, jew inkellha wasalx iz-zmien ukoll li bhal ma hawn entita li taghmel testijiet regolari kontra id-doping (In-Nado), ikun hemm entita ohra li taghmel testijiet fizici adhoc fuq atleti minn zmien ghal zmien.

Alfred Attard

Xtaqt biex naghlaq dan l-ewwel artiklu tieghi insellem lil habib tieghi Alfred Attard u nixtieqlu fejqan ta` malajr.  Alfred apparti kien koc f’divizzjonijiet differenti huwa il-mistieden residenti fil-programm l-Argument.  L-analizi eccelnti tieghu, il-polemici li hafna drabi iqajjem, l-attenzjoni u l-imhabba tieghu lejn il-loghba tal-futbol, ghamlitlu personalita popolari fil-programm.  Kuragg Alfred u j’Alla kif ninsab cert ma indumux ma narawk lura fuq it-televizzjoni.

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”