Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Illum wara nofs is-Segretarju Parlamentari għal-isport, Clifton Grima, iltaqa’ maċ-Ċermen, Diretturi u ħaddiema ta` SportMalta fil-kumpless sportiv ta` Ħal-Kirkop fl-okażżjoni tar-rebħ tal-#BeActive Workplace Award min-naħa ta` SportMalta liema premju ġie mirbuħ f’serata Gala f’Budapest, l-Ungerija.

Il-#BeActive Award hija kompetizzjoni imnehdija mill-Kummissjoni Ewropeea li tippremja l-aqwa entita’ Ewropea li tinkoraġġixxi fost kriterji oħrajn attvitajiet sportivi waqt il-ħin tax-xoghol min-naħa ta’ l-impjegati.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima filwaqt li feraħ lill-ħaddiema għal dan l-unur, qal li faċli titkellem fuq inattivita, iżda SportMalta marret oltre billi tat eżempju li ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni Ewropea.

“Dan l-unur ipoġġi lil Malta fuq nett ukoll fl-amministrazzjoni sportiva.  Il-profil ta` SportMalta huwa wieħed għoli immens barra l-pajjiż u dan l-unur ikompli jikkonferma li Malta tista’, għalkemm zgħira, tkun l-aqwa fl-Ewropa,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari.

Il-Kap Ezekuttiv ta` SportMalta Mark Cutajar qal li madwar sena u nofs ilu gie imnhiedi kumitat sabiex jilħaq objettiv principali dak li jagħmel l-entita’ iktar attiva.  Barra minn hekk f’kull messaġġ lil impjegati dejjem kellna bħala mira li SportMalta tkun l-aqwa fl-Ewropa.  Huwa qal li l-entita’ għandha stima kbira mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll minn entitatjiet kbar Ewropej u dan wara Presidenza eċċelenti.  Huwa irringrazzja lil ħaddiema li dejjem urew entużjażmu kbir f’kull ħaga li jagħmlu.  Dejjem sabu bilanċ bejn xogħol u attivita’ fiżika u dan jawgura tajjeb għal futur.

Iċ-Ċermen ta` SportMalta qal li jinsab ferm sodisfatt b’dan ir-rikonoxximent.  Huwa qal li mill-2014 SportMalta għamlet qabża fil-kwalita  liema qabża laħqet il-kulminu tagħha b’dan l-award.  Huwa qal li l-bord ta’diretturi għandu fiducja fil-ħaddiema u jemmen li dan l-award jista’ jagħti iktar profitti fil-kwalita’ minn naħa tal-ħaddiema tagħna.

Il-proġett ta` SportMalta kien imfaħħar ħafna anke mill-ġurija tant li f’kummenti waqt is-serata fl-Ungerija huma qalu li dan il-proġett kien l-aħjar wieħed mill-proġetti ppreżentati fl-aħħar 5 snin.  Il-#BeActive Awards jagħmel parti mill-European Week  of Sport li għal darbaohra kienet suċċess għal SportMalta b’iktar minn 25,000 parteċipant jieħdu sehem matul il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport.

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”