Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.
SportMalta l-entita’ governattiva ghall-Isport rebhet l-unur ta` #BeActive Workplace waqt cerimonja Gala li saret fil-kapitali Ungeriza Budapest ilbierah.  L-unur gie pprezentat  mill-Kumissarju Ewropew ghal Edukazzjoni, Sport u Kultura, Tibor Navracsics.
Din kienet il-hames edizzjoni ta` dan l-unur u li ghalih kien hemm 63 nomina li finalment gurija apposta ghazlet tlett finalisti.  Flimkien ma` SportMalta, kien hemm ukoll l-Ungerija kif ukoll l-Estonja.
Il-progett Malti kien iffukkat fuq l-inattivita’ fil-post tax-xoghol, bi SportMalta tiprezenta pjan ta` azzjoni u konkrett sabiex il-haddiema taghha jkunu aktar attivi.  Barra minn sport varju milghub fil-hin tax-xoghol, SportMalta ghamlet serje ta` inizzjattivi ghal haddiema fi hdanha biex jghixu hajja iktar attiva u b’sahhitha.
Il-progett ta` l-entita’ kien imfahhar mill-gurija tant li f’kummenti waqt ic-cerimonja huma qalu li tant kien hemm livell gholi ta` progetti mitfugha li diga’ kien tajjeb li tasal sal-finali u ghalhekk li tirbah hija xi haga eccezzjonali.
Il-Kap Ezekuttiv ta` SportMalta, Mark Cutajar, qal li l-entita’ ghandha tkun ta` ezempju ghal dawk l-kumpaniji kollha li ghandhom numru kbir ta` haddiema jpoggu bil-qeghda ghal sieghat twal.
Huwa qal li jinsab kuntent li SportMalta qed taghti ezempju u lesta biex issa tibda twassal il-messagg ta` dan il-progett lil ohrajn.  Huwa irringrazzja lil Koordinatrici tal-progett, RoseMarie Mercieca, li mexxiet tim ta` nies li fasslu u hadmu sabiex il-progett ikun wiehed interessanti.
Ic-Cermen Ta` SportMalta, Luciano Busuttil, ferah lill-haddiema ghal dan l-unur.  Huwa qal li facli titkellem fuq inattivita’ izda SportMalta marret oltre. L-Entita tat ezempju u dan l-ezempju gie rikonoxxut mill-Kummissjoni Ewropea.
Is-Segretarju Parlamentari, Clifton Grima, qal li dan l-unur ipoggi lil Malta fuq nett ukoll fl-amministrazzjoni sportiva.  Huwa qal li l-profil ta` SportMalta huwa wiehed gholi immens barra l-pajjiz u dan l-unur ikompli jikkonferma li Malta ghalkemm zghira, tista’ tkun l-aqwa fl-Ewropa.
CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”