Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Nhar it- 22 ta’ Settembru fil-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa, SportMalta b’ kolloborazzjoni mal-Kunsill Lokali Birżebbuġa, organizzat ġurnata ta’ attivitajiet sportivi bħala parti mill-ħames edizzjoni tal-Gimgha ewropeja tal-Isport.

Bosta klabbs u għaqdiet tal-lokal ingħaqdu flimkien u ħadu sehem f’ nofs ta’ nhar ta’ sport fosthom waterpolo, futbol, ibburdjar, qdief , BMX Jams, skating u anke l-logħba tradizzjonali tal- Boċċi.

Il-klabb tal-waterpolo ta’ Birżebbuġa organizza turnament bejn tlett timijiet lokali ta’ taħt it-13 -il sena.

Fl-iSkate Park il-ġdida, bl-għajnuna ta’ Trust Foundation u Aġenzija Żgħażagħ ġie organizzat SkatePark Jam, fejn ammont ta tfal għamlu wirja ta’ 40 sekonda kull wieħed.

Min-naħa tagħhom il-Birżebbuġa Windmill FC Nursery, għamlu sessjoni speċjali ta’ taħrig fil-pitch tal-Beach Soccer u li fih ħadu sehem għadd kbir ta’plejers żgħar.

Kien hemm ukoll attivita’ kbira fuq il-baħar u hawnhekk protagonisti kienu l-Birzebbuġa Sailing Club u l-klabb tar-Regatta ta’ Birzebbuġa.

Iż-żewg klabbs organizzaw vjaġġi bid-dgħajjes tagħhom fejn il-pubbliku ingħata tagħrif dwar dan l-isport u anke jesperjenza seta’ mill-viċin l-opri użati mill-klabbs rispettivi.

Il-klabb tal-Boċċi tal-lokal organizza kampjonat individwali b’numru kbir ta’ spettaturi segwa b’interess l-emozzjoni li għadha tagħti l-logħba tradizzjonali tal-Boċċi.

Ġurnata li kienet eżempju ta’ kif l-isport jista’ jgħaqqad komunita’ sħiħa filwaqt li SportMalta kompliet bl-istrateġija tagħha sabiex tħajjar aktar nies jinvolvu lilhom infushom f’xi attività’ sportiva fil-ġimgħa ewropeja iddedikata lill-mobilita’.

Ara l’Video tal-Attivita: CLICK HERE

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”