Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Fis-27 ta’ Settembru, skejjel mis-setturi kollha Edukattivi se jkunu qed jinaghqdu ma studenti minn aktar minn 30 pajjiz madwar l-Ewropa fil-Gurnata Ewropeja ta’ l-Isport gewwa l-Iskejjel (ESSD). L-ESSD hija inizzjattiva Ewropeja sabiex tizdied l-attivita fizika fost it-tfal bl-involviment ta l-iskejjel.  Din hija parti mill-Gimgha Ewropeja ta l-Isport (EWOS) u parti mill-Kampanja #Be Active. L-ESSD hija attivita sportiva li ssir darba fis-sena gewwa l-iskejjel madwar il-pajjiz fl-istess gurnata, fejn kull tifel u tifla jiehdu sehem f’120 minuta t’ attivita fizika.  L-iskop ta l-ESSD huwa li thajjar lil dawk it-tfal li, ghal xi raguni jew ohra, jzommu lura milli jinvolvu ruhhom fl-isport, sabiex jibdew ikunu aktar partecipi.  Dan permezz t’attivitajiet li huma addattati ghall-kull livell ta abilta’.

L-ESSD kellha l-bidu taghha gewwa l-Ungerija. Fl-2015 din l-inizzjativa giet estiza u bdiet tigi mtella fi skejjel madwar l-Ewropa. Malta inghaqdet ma l-ewwel grupp ta 20 pajjiz Ewropew fl-2016 fejn l-ESSD giet imtella’ f’aktar minn 60 skola madwar Malta.  Fl-2017, l-ESSD madwar l-Ewropa u anke Malta, kompliet tikber.  Tant hu hekk li giet stabbilita bhala parti mill-EWoS events mill-EU Commission.  Fl-2018, in-numru ta pajjizi Ewropej partecipi tela’ ‘l fuq minn 30.  F’Malta, madwar 20,000 student u studenta ta’ etajiet diversi, minn 75 skola, hadu sehem fl-edizjoni tas-sena li ghaddiet. Is-success li kisbet f’qasir zmien, wassal sabiex naghtat l-istatus ta EWoS Flagship Event mill-Kummissjoni Ewropeja.

Il-fatt li l-ESSD tahbat fl-ewwel Gimgha tas-sena skolastika, jista jkun ta opportunita sabiex jinholoq u jinbena spirtu ta team bejn l-istaff ta l-iskola u l-istudenti.  Barra li thajjar lit-tfal u staff ta’ l-iskejjel sabiex ikunu aktar attivi u jghixu hajja aktar sana, l-iskop ta din il-gurnata hu li tizviluppa l-kompetenzi socjali ta’ l-istudenti billi theggighom ikunu inkluzivi, jrabbu sens ta tolleranza u rispett socjali, ikattru sens ta stima lejhom infushom kif ukoll sens ta kburija li jaghmlu parti mill-iskola li qed jirraprezentaw. Barra minn hekk, l-ESSD hija ukoll opportunita ta exposure ghall-iskejjel Maltin sabiex jaqsmu l-esperjenzi sportivi taghhom ma skejjel ohra Ewropej.

L-ghan ta #MaltaESSD2019 huwa li aktar skejjel minn kull settur edukattiv jinqhaqdu f’din ic-celebrazjoni ta’ Sport sabiex jintlahaq l-iskop ta din il-gurnata.  Fl-edizzjoni ta’ din is-sena huwa previst li jiehdu sehem aktar skejjel Indipendenti u tal-Knisja, kif ukoll skejjel li jhaddnu studenti barranin ta’ kulturi u religjonijiet diversi. Din hija opportunita sabiex jitwaqqghu l-barrieri ezistenti bejn l-iskejjel ghal ghan wiehed: Dak li jinholoq gharfien dwar l-importanza ta’ l-attivita fizika u stil ta’ hajja sana fil-hajja ta’ kull individwu sa minn meta jkun ghadu ta’ eta zghira.  Il-fatt li t-tema principali ta’ l-ESSD ta din is sena hija Nutrizzjoni u Sahha tkompli tishaq l importanza sabiex inhajjru lit-tfal sabiex ikunu fizikament attivi u konxji ta dak li jieklu sa minn meta jkunu ghadhom l-iskola.  Dan huwa fattur importanti sabiex nikkontribwixxu fil-glieda kontra l-obesita sa minn eta tenera

Sport Malta hija l-organizzazzjoni li qed tikkordina il-Gurnata Ewropeja ta’ L-iSport fl-Iskejjel (ESSD).  Bhal fi snin precedenti, SportMalta hija kommessa li taghti l-ghajnuna kollha mehtiega sabiex kull skola jkollha l-possibilita li ttella b’success din l-attivita. Bhala rikonoxximent, se jkun qed jinghata certifikat ta’ partecipazzjoni u apparat sportiv lil dawk l-iskejjel li jiehdu sehem.  Dan se jibda jinghata lil kull skola li tippartecipa fl-ESSD fl-edizzjonijiet li gejjin.

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”