Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Ghall-hames sena, l-Unjoni Ewropej se torganizza l-European Week of Sport, li din is-sena se ssir bhas-soltu fl-ahhar gimgha ta’ Settembru, jigifieri bejn it-23 u t-30 ta’ Settembru. Aktar minn 13-il miljun persuna minn 41 pajjiz Ewropew mistennija jiehdu sehem f’din l-attivita’ li l-iskop ewlieni taghha huwa li permezz ta’ l-isport tinbena lifestyle aktar sana fost ic-cittadini.

Il-Malta Employees Sport Association (MESA) se tiehu sehem f’din il-gimgha ta’ sport permezz ta’ programm ta’ attivitajiet sportivi bl-isem ta’ Workplace Sport Event nhar it-Tlieta, 24 ta’ Settembru. Dan il-programm, li se jsir taht l-awspici ta’ SportMalta, se jkun ibbazat fil-Kumpless Sportiv ta’ Hal Kirkop u se jkun jikkonsisti minn dawn l-attivitajiet:

9.00 am – Nofsinhar:

Tournament tal-Volleyball (Mixed)

Tournament tat-Table Tennis

1.00 pm – 4.00 pm: 

Tournament tal-Badminton

2.30 pm – 4.00 pm:

Football Irgiel O/35 u Nisa Open

4.00 pm – 5.00 pm: 

Tigrija ta’ 5 kilometri

It-Tournaments tal-Volleyball (Mixed), Table Tennis u Badminton, kif ukoll il-Football, se jsiru kollha fil-Kumpless Sportiv ta’ Hal Kirkop, waqt li t-tigrija ta’ 5 kilometri se ssir fuq ir-rotta Hal Kirkop-Hal Safi kif indikat fil-mappa li qed tintbaghat ma’ din ic-Cirkolari.

Dawk li jixtiequ jippartecipaw f’dawn l-attivitajiet huma mitluba jimlew il-formoli annessi u jibghatuhom mill-aktar fis lis-Segretarju, MESA fuq l-email address mariosaliba51@gmail.com.

Applikazzjonijiet tal-avvenimenti msemmija jista jinstabu f’dawn il-links:

5K Road Race

Badminton

Volleyball

Table Tennis

 

CategoryNews, Sport Updates

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”