Bormla rebħu x-Shield tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja 2019 għall-għoxrin darba fl-istorja tagħhom. Dan is-suċċess wasal wara li huma rebħu l-ħames tiġrijiet tal-kategorija Open fejn tellgħu total ta’ 88 punt.
Huma rebħu wkoll il-kategorija B b’total ta’ 64 punt.
Fil-kategorija Open fit-tieni post ikklassifikaw M’Xett u l-Isla bi 28 punt kull wieħed. Segwew B’Buga b’20 punt u l-Marsa bi 8 punti.
Fil-Kategorija B wara Bormla kklassifikaw il-Marsa bi 42 punt segwiti mill-Isla b’36 punt u B’Buga bi 12 il-punt. Fil-kategorija Open Bormla rebhu il-hames palijiet ta l-ewwel fit-tigrijiet kollha ta l-open jigifieri tal-medalji, frejgatini, tal-pass b’zewgt imqadef, kajikki u tal-pass b’erba t’imqadef.
Fil-kategorija B, Bormla dahhlu t-tieni f’tal-pass b’zewgt imqadef, l-ewwel f’tal-medalji, t-tieni fil-frejgatina u l-ewwel f’ta b’erbat imqadef fejn ma kklassifikawx biss ma l-ewwel tlieta fit-tigrija tal-kajikki.
Fil-kategorija Open l-unuri ghal-bormla waslu mill-qaddiefa Kyrian Zammit, Clive Casha, Clayton Darmanin, Jurgen Camilleri, George Frendo, Dennis Thornton, Maximillian Mamo u Romario Brignone. Clive Casha u Denis Thornton bid-dghajsa ta bi tnejn mhux biss hadu il-palju ta l-ewwel b’distakk notevoli fuq Marsamxett izda rregistraw is-sittax ir-rebha konsekuttiva fid-dghajsa ta bi tnejn.
Fit-tigrija tal-frejgatina tan-nisa kienu l-birgu li rebhu permezz tal-qaddiefa Glynnis Mizzi u Rachell Gilanze b’dawn ta l-ahhar hadu sehem ukoll b’sorpriza fit-tigrija numru 7 dik tal-frejgatini kategorija B hekk kif ir-regolamenti ezistenti ma jispecikiflawx li n-nisa ma jistawx jippartecipawx kontra l-irgiel.
Fi tmiem ir-Regatta saru l-presentazzjonijiet taż-żewġ Shields lill-klabb ta’ Bormla mis-Segretarju Parlamentari responsabbli miz-zaghzagh, sport u ghaqdiet tal-volontarjat l-onorevoli Clifton Grima.
Ir-Riżultati kollha:
Tigrija Nru : 0
Frejgatini Nisa
1. Birgu, 2.
Tiġrija Nru 1: Kategorija B – Dgħajjes Ċ tal-Pass b’Żewġ Imqadef
L-Ewwel 20 punt
It-Tieni 12 -il punt, It-Tielet 6 punti
Tiġrija Nru 2: Kategorija Open – Dgħajjes A tal-Midalji
L-Ewwel l- 20 punt
It-Tieni 12 -il punt, it-Tielet 6 punti.
Tiġrija Nru 3: Kategorija B – Kajjikki
L-Ewwel 12 –il punt
It-Tieni 8 punti, it-Tielet 4 punti
Tiġrija Nru 4: Kategorija Open – Frejgatini
L-Ewwel 12 -il punt
It-Tieni 8 punti, it-Tielet 4 punti
Tiġrija Nru 5: Kategorija B – Tal-Midalji
L-Ewwel 20 punt
It-Tieni 12 -il punt, it-Tielet 6 punti
Tiġrija Nru 6: Kategorija Open – Dgħajjes Ċ tal-Pass b’Żewġ Imqadef
L-Ewwel 20 punt
It-Tieni 12 –il punt, It-Tielet 6 punti
Tiġrija Nru 7: Kategorija B – Frejgatini
L-Ewwel 12 -il punt
It-Tieni 8 punti, it-Tielet 4 punti
Tiġrija Nru 8: Kategorija Open – Kajjikki
L-Ewwel 12 -il punt
It-Tieni 8 punti , it-Tielet 4 punti
Tiġrija Nru 9: Kategorija B – Dgħajjes B Tal-Pass b’Erba’ imqadef
L-Ewwel 24 punt
It-Tieni 16 -il punt, it-Tielet 8 punti
Tiġrija Nru 10: Kategorija Open – Dgħajjes C tal-Pass b’Erba’ Imqadef
L-Ewwel 24 punt
It-Tieni 16 -il punt, it-Tielet 8 punti
MEDIA SOURCE: TVM.COM.MT