Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Għal ħames sena konsekuttiva Malta ħa tingħaqad ma’ pajjizi oħra ewropej sabiex torganiżża il-ġimġħa ewropeja għall-isport bejn it-23 u t-28 ta’ Settembru. Dettalji ingħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-pixxina nazzjonali Tal-Qroqq fl-istess ħin li kienu għaddejja attivitajiet li ġabu fi tmiemhom il-programm Summer on the Move 2019.

Is-segretarju parlamentari għażżagħżagħ, sport u għaqdiet volontarji Dr Clifton Grima ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex għal sena oħra jieħu sehem fl-attivitajiet tal-ġimgħa ewropeja għall-isport. Inizjattiva li għandha l-għan li tippromwovi l-importanza ta’ ħajja  attiva u b’saħħitha u li tiżdied mal-bosta inizjattivi li Sport Malta ħadet f’dawn l-aħħar snin sabiex wasslet lill-pubbliku malti jinvolvi dejjem aktar ruħu fl-isport jew f’attivitajiet fiżiċi.

Is-suċċessi tal-inizjattivi ta’ Sport Malta jidhru mill-fatt li fl-attivitajiet ta’ On the Move il-parteċipazzjoni tal-istudenti żdiedet minn 180 student tal-2003 għal madwar seba’ t’elef student ta’ din is-sena. U riċentement l-istħarriġ tal-Eurobarometer wera li Malta kellha l-akbar żieda ta’ parteċipazzjoni sportiva miċċittadini kollha ewropej.

Dr Grima qal li rridu nressqu aktar familji lejn l-isport, nibnu dejjem aktar mentalita’ sportiva u fl-istess ħin nagħtu l-għodda lill-isportivi tagħna sabiex jkunu jistgħu itejjbu r-rizultati.

Il-kap eżekuttiv ta’ Sport Malta Mark Cutajar qal li fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-ġimgħa ewropeja tal-isport se joħorġu mill-kumplessi sportivi u jmorru għand in-nies. Għal sena oħra tħejja programm immirat għall-faxex kollha tas-soċjeta’ u etajiet differenti.

L-attivita’ tal-ftuħ se ssir fl-20 ta’ Settembru fil-pjazza tażŻejtun u se tinkludi dixxipini sportivi ta’ pajjiżi differenti, fosthom il-loghba maltija tal-Boċċi.

Fil-25 ta’ Settembru fil-pjazza ta’ Rahal Ġdid se tiġi organiżżata serata ta’ żfin fosthom Salsa u Line Dancing.

Attivitajiet oħra se jsiru fil-kumplessi ta’ Sport Malta. Fit-23 ta’ Settembru fil-kumpless sportiv u fil-pixxina nazzjonali Tal-Qroqq se jiġu organizzati zewġturnaments għall-veterani tal-Waterpolo u tal-Handball.

Fir-ranges il-ġodda tal-isparar f’Ta’ Kandja se ssir il-Be Active Sport Malta Cup, filwaqt li fil-kumpless ta’ Maria Assunta il-Ħamrun se jiġi organiżżat turnament tassnooker. Ma jonqsux l-attivitajiet għat-tfal tal-iskejjel.

Għal sena oħra l-attivita’ tal-egħluq se ssir fil-kumpless sportiv ta’ Ħal Kirkop b’festival ta’ sports fosthom table tennis, badminton, ċikliżmu, motor sport, foot volley, klassijiet tal-fitness u ħafna oħrajn.

Flimkien mal-attivitajiet ta’ Sport Malta se jiġu organiżżati wkoll oħrajn minn assoċjazzjonijiet differenti. Fosthom hemm ġurnata ta’ sports fil-kumpless ta’ Ħal Kirkop għall-ħaddiema u impjegati organiżżata mill-Malta Employees Sports Association.

Apparti t-tema tal-attivita’ fiżika, il-gimgħa ewropeja tal-isport ta’ din is-sena se jkollha wkoll it-tema ambjentali. B’rabta ma’ dan bil-kollaborazzjoni ta’ Green Pak il-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex f’dik il-ħimgħa jiddisponi mill-flixken tal-plastic f’kontenituri apposta.

Tħabbru wkoll l-ambaxxaturi tal-isports għall-ġimgħa spprtiva ta’ din is-sena. Dawn huma it-triatleta Jake Vella, il-plejer tal-Basketball Josephine Grima u l-coach nazzjonali tal-waterpolo Karl Izzo.

Kalendarju tal-attivitajiet jistaw jinstabu fil-website: www.maltabeactive.com

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”