Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

SportMalta diġa’ħadet l-inizjattiva billi tħeġġeġ lill-ħaddiema tagħha sabiex jużaw it-taraġ minflok il-lift jew inkella joħorgu għal mixja waqt il-ħin tar-rikreazzjoni. SportMalta tħeġġeġ ukoll lill-ħaddiema tagħha biex jieħdu sehem f’inizjattivi fuq skala akbar, bħal parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet jew attivitajiet sportivi kemm fuq bażi individwali jew inkella bħala tim f’isem SportMalta nnfisha. Dan jgħin ukoll sabiex jibni aktar sintonija bejn il-ħaddiema infushom u jizdied l-ispirtu ta’ tim.

Kif qal is-Sur Mark Cutajar, Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, din l-istess entita’ wkoll torganizza kompetizzjonijiet fi sport varji għall-ħaddiema tagħha fejn dawn ikollhom l-opportunita’ jaghqdu it-timijiet u jieħdu sehem f’dawn l-attivitajiet. Fost il-kompetizzjonijiet li saru s’issa, insibu volleyball, handball, basketball, football, snookers u trekking. Barra minn hekk, il-ħaddiema ta’ SportMalta huma mħeġġa sabiex jghixu ħajja sana billi jieħdu sehem f’dawn l-attivitajiet u billi jieklu san, biex b’hekk ikunu jistgħu jagħtu d-demm għal kawża ġusta f’dati stipulati.

Kull post tax-xogħol li jiddeċiedi li jimxi fuq l-eżempju ta’ SportMalta billi jipparteċipa f’din l-inizjattiva jidħol ukoll biċ-ċans li jirbaħ il- #BeActive Workplace Award li SportMalta ser tkun qed tniehdi fi żmien li ġej.

Dawk kollha interessati jistgħu jikkuntatjaw lil SportMalta għal aktar tagħrif. Kunu parti minn din l-inizjattiva u agħtu l-kontribut tagħkom sabiex anke fuq il-post tax-xogħol inkunu aktar attivi.

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”