Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

L-Isla rebħu l-edizzjoni ta’ din is-sena tar-Regatta ta’ taħt it-tmintax il-sena li saret is-sibt 6 ta’ Lulju fil-bajja tar-Rinella l-Kalkara. Is-senglejani b’hekk irrepetew is-suċċess tas-sena l-oħra, f’regatta li fiha hadu sehem ukoll il-Kalkara li spiċċaw fit-tieni post u Bormla li temmew fit-tielet pożizzjoni.

B’kollox saru ħames tiġrijiet, bil-klabb tal-Isla jirbaħ erbgħa minnhom, filwaqt li l-Kalkara rebħu t-tiġrija l-oħra.

Il-qaddiefa sengelajni mill-ewwel urew l-intenzjonijiet tagħhom bir-rebħ tal-ewwel tiġrija, dgħajjes tal-pass b’erbgħa qaddiefa. Bormla daħlu fit-tieni post u l-Kalkara t-tielet. Il-qaddiefa tal-Isla f’din it-tiġrija kienu: Deecon Abela Wilson, Cayvon Gatt, Braydon Azzopardi u Owden Caruana Smith.

L-Isla rebħu wkoll it-tieni tiġrija dik tal-Frejgatini. Il-qaddiefa Owden Caruana Smith, Mel Magro u t-tmunier Yarik Agius daħlu l-ewwel quddiem il-Kalkara u Bormla rispettivament.

Rebħa ghall-Isla wkoll fit-tielet tiġrija, dgħajjes tal-pass b’zewġ qaddiefa. Huma kienu segwieti mill-Kalkara, filwaqt li Bormla ġew skwalifikati. Iz-zewġ qaddiefa rebbieħa kienu Deecon Abela Wilson u Cayvon Gatt.

Kumbattuta kienet ir-raba tiġrija dik  tal-Kajjikki. Hawnhekk kienu l-Kalkara li daħlu l-ewwel permeżż tal-qaddiefa Shylon Gauci u Reeves Cini. L-Isla daħlu spiċċaw it-tieni u Bormla t-tielet.

L-aħħar tiġrija kienet għal darb’oħra għad-dgħajjes tal-pass b’erbgħa qaddiefa. L-Isla reġgħu ħargu rebbieħa, din id-darba segwieti mill-Kalkara fit-tieni post u Bormla fit-tielet pożizzjoni.

Fil-klassifika finali l-Isla tellgħu total ta’ 84 punt, segwieti mill-Kalkara b’54 punt u Bormla bi 28 punt.

Ir-Regatta ta’ taħt it-tmintax -il sena kienet organiżżata mill-Għaqda Regatta Nazzjonali, bil-kollaborazzjoni ta’ Sport Malta.

Matulha inġabru wkoll donazzjonijiet f’isem il-Malta Community Chest Fund.

CategoryNews, Sport Updates

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”