Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Diversi temi relatati mal-isport ġew diskussi waqt konferenza ta’ jumejn bit-titlu ‘L-iSport u l-Unjoni Ewropea’ li tlaqqgħet fil-campus tal-Universita’ l-antika l-belt Valletta Malta bejn is-27 u t-28 ta’ Ġunju.

Dik f’Malta kienet l-erbatax –il edizzjoni ta’ din il-konferenza imtella’ mill-assoċjazzjoni għall-istudji dwar l-isport u l-Unjoni Ewropea u li nġibet f’pajjizna għall-ewwel darba bl-inizjattiva tal-assoċjazzjoni maltija tal-avukati u Sport Malta.

Aktar minn tmenin delegat, atleti u rappreżentanti tal-klabbs barranin ħadu sehem fil-konferenza.

Matul dawn il-jumejn saru diskorsi u diskussjonijiet li missew aspetti differenti dwar l-isport fil-pajjiżi ewropej.

Konferenza li infetħet b’diskorsi mis-segretarju parlamentari għaz-żagħżagħ, sports u organiżazzjonijiet volontarji Clifton Grima, il-kap ezekuttiv ta’ Sport Malta Mark Cutajar u mill-president tal-assoċjazzjoni tal-avukati tal-isports Robert Dingli.

Fost temi li spikkaw kien hemm dik dwar it-trasferimenti ta’ minuri. Il-kelliema ewlenija kienet Alejandra Salmeron, konsulent legali tal-FIFA li ttrattat dan is-suġġett fl-isfond tal-artiklu 19 tal-istatut tal-FIFA dwar trasferimnent ta’ plejers minuri. Hareġ ċar kif qed jizdied ix-xenarju fejn bil-wegħda ta’ kuntratt professjonali bosta atleti zgħar qed jitilfu snin importanti minn ħajjithom. Alejandra Salmeron semmiet kemm huwa importanti li lil dawn l-atleti nagħtuhom l-għodda kollha biex jizviluppaw b’mod sħiħ u mhux jingħataw wegħdi li ma jistgħux iseħħu. Bżonn li inwasslu l-vuċi tagħhom sabiex nipproteġuhom.

Il-kap eżekuttiv ta’ Sport Malta Mark Cutajar mexxa d-diskussjoni dwar il-governanza sportiva. Diskussjoni li fiha ħadu sehem ukoll Sabine Rusmane u Prof Angela Busaca li qassmu l-esperjenzi u l-ħidma li qed issir f’dan il-qasam fil-pajjizi rispettivi tagħhom, il-Latvja u l-Italja.

Temi oħra diskussi kienu ż-żagħżagħ u l-isport, l-importanza ta’ ħajja attiva u b’saħħitha u t-tagħlim tal-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel tagħna.

Ġie diskuss ukoll il-professjonaliżmu fl-isports, il-preparazzjoni ta’ atleti li jkunu għaddejjin bl-istudju tagħhom flimkien mal-ostakli u l-problem li bosta atleti jiltaqgħu magħhom f’dak li għandu x’jaqsam mal-iżvilupp ta’ sportivi ‘elite’.

Suġġett ieħor importanti kien dwar l-integrita’ fl-isports. Hawnhekk issemmiet l-isfida li l-isport qed jiffaċja minħabba l-imhatri u anke d-doping.

Ġew diskussi wkoll id- drittijiet tal-plejers u atleti minn aspett legali. Issemm’a d-dritt ta’ smiegħ ġust u xieraq f’każijiet ta’ dixxipina.

Temi oħra fil-konferenza f’Malta kienu l-ugwaljanza fl-isport, il-finanzjament tal-organiżazzjoniiet sportivi flimkien mal-policy ewropea dwar l-isport u Erasmus+.

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”