Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Vaganzi, baħar, għawm, festi, ikel, xorb, sħana u mistrieħ.  Is-sajf malti huwa marbut ma’ diversi attivitajiet rikrejattivi, iżda apparti xi qabża fil-baħar biex niffriskaw, ftit ikollna aptit inkunu attivi fiżikament.  It-tentazzjoni li nkunu sedentarji hija kbira u allura wieħed irid isib motivazzjoni biex ikun attiv.

Summer on the Move joffri opportunita biex tfal u adulti jiehdu sehem f’attivitajiet sportivi tul is-sajf.  Minbarra l-għażla kbira ta’ sport, ġranet, ħinijiet u postijiet offruti, il-programm Summer on the Move joffri attivitajiet għal-diversi etajiet fl-istess ħin.  Dan jagħmilha possibbli biex familji jieħdu sehem flimkien.

Il-programm joffri minimu ta’ sagħtenjn fil-ġimgħa sa sitt siegħat kuljum.  Din is-sena, iktar minn 7000 parteċipant se jkun attiv permezz ta’ Summer on the Move.

 

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”