Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Sport Malta qed tissokta b’diversi proġetti ta’ tisbiħ u rranġar ta’ siti pubbliċi użati għall-attivita’ fiżika. Sa issa ġew identifikati sitt siti u x-xogħol fuqhom diġa beda.

Fost dawn is-siti hemm il-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far.

F’dan il-post ġie żviluppat il-ġinnasju ta’ barra bil-għan li jkun jista’ jiġi użat mir-residenti tal-post għall-attivita’ fiżika.

Ġew imwaħħla sitt apparati sportivi b’mod fiss u sigur.

Dan l-apparat jinkludi: bike, rower, chin up, walker,  hand cycler u  stepper.

Xogħol ieħor se jsir fil-ġnien pubbliku ta’ San Ġwann Ta’ Żwejt.   Hawnhekk se jiġi irranġat pitch żgħir u mibdul f’post li fih ikunu jistgħu jigu ipprattikati bosta dixxipini sportivi differenti, fosthom il-Futsal u l-Basketball. Se jigu miżbugħa s-sinjali, se ssir fence ġdida, lasti ġodda u erba’ Basketball boards.

Hawnhekk ukoll se jiġi installat apparat għall-ġinnasju ta’ barra.

L-apparat jinkludi bike, rower u multipurpose gym

B’kollaborazzjoni mall-klabb tal-Basketball ta’ Hibernians , Sport Malta se tirranġa l-Basketball Court li jinsab wara l-faċilita’ korrettiva ta’ Kordin. Ix-xogħol jikkonsisiti f’tindif tal-art, markar ta’ sinjali, żewġ basketball boards ġodda u anke fencing ġdid.

Xogħol ieħor għaddej fil-bandli ta’ Hal Qormi. F’dan is-sit ġie irrangat l-apparat tal-ġinnasju ta’ barra, apparat li partijiet minnu kien safa’ ivvandaliżżat. Sar ukoll fencing ġdid. Xogħol li mistenni jitlesta f’nofs Lulju.

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”