Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima, inawgura l-kumpless tal-football ta’ Marsaskala b’investiment ta’ €2.5 miljun. Dan il-kumpless, mifrux fuq 6,000 metru kwadru, kien tħabbar lura fl-2016 fejn qabel il-plejers ta’ Marsaskala ma kellhomx fejn jitħarrġu.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li llum hi ġurnata pożittiva għal-lokal ta’ Marsaskala u u n-naħa ta’ isfel ta’ Malta peress li l-gvern investa tant f’Marsaskala permezz ta’ żewġ proġetti sportivi li juri kemm is-surplus verament qed jasal għand in-nies u l-komunità. Dan hu mod kif qed jingħata nifs ġdid lill-klabb żagħżugħ ta’ Marsaskala FC f’lokalità fejn l-età qed tiċkien u mhux togħla. L-għan ewlieni hu li din il-faċilità tintuża bl-aħjar mod possibbli biex permezz tal-istrateġija nazzjonali għall-isport indaħħlu mentalità fit-tfal tagħna li mhux biss ikunu parteċipattivi imma rebbiħin, temm jgħid il-Prim Ministru.

“Prime Minister Joseph Muscat inaugurates the new Marsaskala Football Complex

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima qal li parti mill-Istrateġija tal-Isport tal-gvern qed tiffoka fuq it-titjib ta’ faċilitajiet tal-isport eżistenti flimkien mal-bini ta’ oħrajn ġodda li qed isseħħ bi pjan għal oqsma ta’ sport differenti. Il-gvern qed jaħdem b’mod kontinwu biex l-isport isir parti mill-ħajja tal-pubbliku ġenerali.

Dan il-gvern qed ikompli jwettaq ħolma oħra f’realtà, din id-darba fil-lokalità ta’ Marsaskala li għall-ewwel darba se tgawdi minn faċilità sportiva. Dan il-proġett hu ħolqa oħra f’katina ta’ investiment f’faċilitajiet sportivi ġodda madwar il-gżejjer Maltin bħall-proġett state-of-the art tax-Shooting Range f’Ta’ Kandja u l-pixxina indoor fil-Kottonera. L-għan ewlieni hu li l-isport ikun parti ċentrali fil-ħajja ta’ kull individwu, qal is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima.

“Prime Minister Joseph Muscat inaugurates the new Marsaskala Football Complex

Il-Kap Ezekuttiv ta` SporMalta Mark Cutajar qal li progett bhal dan mhux biss qed jghin lil klabb izda qed jghin ukoll lin-nies kollha skallin.  Kemm l-iskejjel tal-lokal kif ukoll ghaqdiet varji ser ikunu qed jaghmlu uzu minn dan il-kumpless grazzi ghal agreement bejn SportMalta u Marsascala Football Club.

Luciano Busuttil, cermen ta` SportMalta sahhaq li l-entita tinsab komessa biex tkompli tahdem iktar ghal gid ta` l-isport.  Huwa semma li minn dawn it-tfa;l li jippratikkaw f’dawn il-facilitajiet jistghu johorgu it-talenti ta` ghada.

Il-kumpless sportiv jinkludi ground tal-ogħla livell approvat mill-FIFA u kwartieri għall-klabb tal-football kemm tal-kbar u anke tan-nursery. Il-faċilità hi mgħammra wkoll b’dressing rooms, sala tal-konferenzi, uffiċini u ristorant li jista’ jiġi kummerċjalizzat.

Din il-faċilità tinkludi wkoll ġibjun biex jinġabar l-ilma u jkun qed jitħares ukoll l-ambjent. Il-ground, anke permezz ta’ qbil bejn Marsaskala FC u SportMalta, se jkun jista’ jiġi utilizzat filgħodu mill-iskejjel tal-lokal u anke minn soċjetajiet diversi f’Marsaskala biex b’hekk ikun qed jiġi massimizzat il-potenzjal ta’ din il-faċilità.

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”