Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

SportMalta se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha għas 16-il edizzjoni  ta’ Summer on the Move. Il-programm qed ikun offrut fil-kumplessi sportivi ta’ SportMalta tal-Kottonera, Ħal-Kirkop, tal-Qroqq kif ukoll fl-iskejjel tal-Mosta, Maria Assunta il-Ħamrun, is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ u Pembroke.  Se jsiru ukoll sessjonijiet fil-Family Park ta’ Selmun kif ukoll fil-Vikings Sailing Club fil-Furjana fejn se jsiru  korsijiet tal-ibburdjar għat- tfal, żagħżagħ u adulti.  Dan kollu apparti s-sessjonijiet li jsiru fil-Kumpless Sportiv tar-Rabat Għawdex.

Is- Segretarju Parlamentari l Onorevoli Dr Clifton Grima qal li huma diversi d-dixxiplini sportivi offruti f dan il- programm. L -aktar popolari huma l-għawm, il-ġinnastika, il-basketball u l-football.  L-għażla wiesa’ tagħti opportunitajiet varji lil dawk li jixtiequ jippruvaw u jipparteċipaw f’aktar minn sport wieħed.  Il-programm ta’ fil-għodu li qiegħed offrut fiċ-ċentri l-kbar huwa fost l-aktar imfittxija fejn it-tfal jistgħu jagħmlu sa sitt siegħat ta’ attivita’ fisika mit-Tnejn sal-Ġimgħa.  Ta’ kull sena huma eluf ta’ tfal li jittħarrġu fl-għawm ġewwa l-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq kif ukoll fil-pixxina tal-Kumpless Sportiv ta’ Ħal-Kirkop u dik tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi.

Dr Luciano Busuttil, Cerman ta’ SportMalta, kompla jhajjar l- genituri biex iheggu aktar l uliedhom jippratikaw aktar Sport,u fejn ukoll SportMalta qed tkompli tinvesti f’aktar facilitajiet Sportivi ta’ l ghola livell.

Il-Kap Ezekuttiv is Sur Mark Cutajar fakkar li dan il-programm huwa meqjus bħala kontinwazzjoni tal-programm tax-xitwa b’iktar minn 7500 parteċipant minn eta’ ta’ 6 xhur sa anzjani.  Is-sessjonijiet isiru minn kważi 400 coach kwalifikat li jiżguraw li t-taħriġ ikun ta’ kwalita’.  L-entużjażmu waqt dawn l-attivitajiet huwa espress waqt it-taħriġ sportiv u l-logħob varjat li bla ebda dubju jgħin lit-tfal biex jikbru aktar b’saħħithom.  Dan minbarra li aktar adulti qed jirrikonoxxu l-bżonn ta’ iktar attivita’ fiżika bħala ingredjent prinċipali għal ħajja sana.

Is- Sur Cutajar heġġeġ biex ma nibqax nuzaw’ l-metodi tradizzjonali ta’ reġistrazzjoni bi flus kontanti u cheques iżda minnflok japplika online permezz tas-sit elettroniku www.sportmalta.org.mt sabiex jinqeda malajr u b’iktar kumdita’.  L-applikazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sal-14 ta’ Ġunju.  Peress li l-postijiet huma limitati u biex tiġi garantita’ l-kwalita’, il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex ma jħallix għall-aħħar.

CategoryUncategorized

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”