Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima nedew skema b’investiment ta’ €500,000 bil-għan li tgħin lill-għaqdiet sportivi biex jinvestu f’Enerġija Alternattiva.

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi qal li l-investimenti li saru u li qegħdin isiru, qed iservu sabiex jiżguraw li l-konsumatur ikun ipprovdut b’enerġija sostenibbli, sigura u affordabbli. Spjega li din l-iskema toffri għajnuna finanzjarja, b’valur massimu ta’ €50,000 biex organizzazzjonijiet sportivi jiġu mħeġġa jagħmlu investimenti li forsi jkunu ilhom fil-pjanijiet tagħhom, iżda minħabba raġunijiet finanzjarji, qatt ma jkunu saru

 

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima saħaq kif din l-iskema, li hi waħda mill-wegħdi elettorali tal-Gvern, se tkompli tagħti assistenza lill-għaqdiet sportivi biex jirrikorru għall-enerġija alternattiva fejn apparti se jħallu aktar flus fi ħdan dawn l-għaqdiet stess se jkunu qed jikkontribwixxu għal rizorsi naturali li m’ghandomx impatt fuq l-ambjent.

Din l-iskema se tkun amministrata minn SportMalta. Mark Cutajar Kap Ezekuttiv ta` SportMalta qal li din hija weghda ohra elettorali li saret realta.  Huwa semma li l-ghan ta` SportMalta huwa sabiex jghin lil Ghaqdiet ikunu aktar sostenibbli.  Huwa semma li fl-2019 barra record f’assistenzi SportMalta qed tneddi diversi skemi ohra fosthom ghajnuna ghal Ghawdxin li b’hekk ikunu qed nkopru l-ispejjez kollha ta` l-ivjaggar minn Ghawdex ghal Malta kif ukoll fi zmien li gej ser nohorgu skema ohra dwar hlasijiet ghal permessi fi zvilupp ta` facilitajiet sportivi.

 

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”