Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

Il-Ħamis wara nofsinhar ir-rebbieħa tad-59 edizzjoni ta’ l-iSportivi Nazzjonali kienu mistiedna l-Palazz San Anton sabiex jiġu ppreżentati lill-E.T. il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.

Jakkumpanjaw lil dawn l-atleti kien hemmis-Segretarju Parlamentari għaż-Żagħżagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat l-Onorevoli Clifton Grimaic-Chairman tal-Kumitat Organiżattiv u Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar kif ukoll il-President u s-Segretarju Ġenerali ta’ l-Għaqda Ġurnalisti Sport Sandro Micallef u Lorraine Cunningham.Preżenti wkoll għal din il-laqgħa kordjali kien hemm l-kelliem għall-Oppożizzjoni għall-iSport l-Onorevoli Ryan Callus.

Mark Cutajar li huwa ukoll il-kap Ezekuttiv ta` SportMalta irringrazzja lil President u fakkarha fil-hames snin ta` hidma li SportMalta u l-Ufficju tal-President kellhom flimkien.  Semma is-success wiehed wara l-iehor fil-Fun Run  li irnexxielha tigbor sommom rekord sena wara sena.  Mhux hekk biss izda SportMalta ospitat fil-Kumpless ta’ Hal Kirkop l-Istrina.  Huwa qal li huwa ta’pjacir li l-ambaxxaturi ta` l-Isport Malti gew hawnhekk fi simbolu tar-Repubblika Maltija.

Sandro Micallef irringrazzjaw lil-President talli sabet il-ħin li tiltaqa ma’ dawn ir-rebbieħa li onoraw lil Malta bis-suċċessi sportivi tagħhom u li l-akkwisti tagħhom kienu rikonoxxuti bl-unuri li rebħu waqt is-serata finali ta’ l-iSportivi Nazzjonali.

L-atleti prezenti kienu Brian Galea, Eleonor Bezzina, Fabio Spiteri, Sara Xuereb, Matthew Bugeja, Fiona Ellul Bonnici, Pierre Montebello f’isem il-Malta Shooting Federation u Roderick Vella f’isem it-tim Nazzjonali tal-Baskitbol.

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”